Superheroes in Science – Seminar ta’ Ġurnata għall-Edukaturi

Esplora Interactive Science Centre u t-tim tas-Superheroes in Science Science qed jorganizzaw seminar ta’ taħriġ ta’ ġurnata msejjaħ Superheroes in Science fl-Esplora Interactive Science Centre, il-Kalkara. Il-kors huwa mmirat għall-edukaturi kollha mill-iskejjel primarji, sekondarji, edukaturi t’appoġġ għat-tagħlim, organizzazzjonijiet mhux tal-Gvern u studenti tal-Università li għandhom interess fil-komunikazzjoni xjentifika. Matul dan il-kors, il-parteċipanti se jingħataw ħarsa dwar kif is-superheroes tal-komiks u l-villains jistgħu jintużaw bħala għodda edukattiva informali għall-edukaturi biex jgħallmu x-xjenza kurrikulari bħala parti mill-STEAM (Science, Technology, Engineering, Art and Maths). Approċċ uniku lejn il-motivazzjoni tal-istudenti biex jifhmu aħjar u jiksbu aktar interess fis-suġġett, b’mod partikolari dawk b’diffikultajiet biex jitgħallmu u jesprimu ruħhom u għalhekk l-użu ta’ kultura tal-komiks bħala pjattaforma. Opportunità importanti li tagħmel network ma’ edukaturi oħra fil-qasam biex ittejjeb il-ħiliet u tagħmel il-lezzjonijiet tax-xjenza aktar eċċitanti għall-istudenti.

Is-seminar ta’ taħriġ ta’ ġurnata huwa esperjenza ħolistika bi pjanijiet ta’ lezzjonijiet prattiċi, workshops, logħob interattiv, anke props u esperimenti, riżorsi imprezzabbli li l-edukaturi jistgħu jużaw biex iwasslu suġġetti speċifiċi tax-xjenza. Nispjegaw l-proprjetajiet tal-ħarir tal-brimba bi Spiderman jew il-kromatografija permezz tal-mara X-Mystique, Magnetism with Magneto jew il-Liġi tal-Gravità ma’ Supergirl u ħafna iktar. Nesploraw teknoloġija eżistenti u fatti xjentifiċi rilevanti għall-użu ta ‘kuljum u l-Kurrikulu Nazzjonali.

Is-Seminar ser isir is-Sibt 9 ta’ Novembru 2019 fiċ-Ċentru Xjentifiku Interattiv Esplora, il-Kalkara mill-10am sal-4pm. Ir-reġistrazzjoni tiftaħ fid-9.30am.
Prezz ta ‘€18 inklużi pawżi tal-kafè, ikla ħafifa u Resource Pack.
Ċertifikat t’Attendenza se jingħata lill-parteċipanti kollha tas-Seminar.

Bookings fuq bookings@esplora.org.mt jew ikkuntattja lil Jane Borg fuq 23602299 sat-Tnejn 28 t’Ottubru 2019.

superheroesinsciencetrainingjpg

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more