Sustainable Development Goals – Online Workshops

Bejn it-Tnejn 11 ta’ Ottubru u l-Ġimgħa 15 ta’ Ottubru skejjel se jkollhom ċans jipparteċipaw f’wieħed mit-tlett workshops ippreparati għall-etajiet bejn il-ħames u sittax il-sena, b’kollaborazzjoni ma’ Lignin Stories, Spazju Kreattiv u l-Universita’ ta’ Malta.  Bl-involviment tal-qari ta’ stejjer, logħob diġitali u żfin, se nkunu qegħdin inwasslu lilkhom informazzjoni dwar l-għanijiet sostenibbli ta’ żvilupp, magħrufin bħala ‘Sustainable Development Goals’.

Din l-attivita’ qed tiġi organizzata bħala parti minn serje ta’ avvenimenti mill-proġett imsejjaħ ‘Embracing the Sustainable Development Goals through the Arts’ bis-sehem ta’ Lignin Stories- Malta, Seven Stories-Renju Unit, Copernicus Science Centre- Polonja, Picapipe GmBh- Awstrija, the University of Malta, OFF Hodworks- Ungerija, u Spazju Kreattiv- Malta. F’dan il-proġett iffukajna fuq tlett għanijiet li huma:

 

Ingħaqad magħna f’wieħed minn dawn il-workshops interazzjonali u tgħallem kif tista’ tkun il-bidla li tixtieq tara fid-dinja ta’ għada!

 

Lignin Stories:

Tessie l-bidwija għexet waħidha fil-cottage tagħha fil-bosk. Fil-bidu ta’ kull staġun, Tessie kienet tieħu ħsieb il-ġnien tagħha u tara kif in-naħal pollinaw il-fjuri tagħha u stenniet bil-paċenzja t-tmiem tal-istaġun biex tiġbor borma għasel tajba. Din l-istorja baqat tirrepeti sena wara sena sakemm ġurnata waħda Tessie qamet u sabet li ma kienx hemm iktar għasel x’jinġabar … X’kien ġara min-naħal kollha?

Ingħaqad ma’ Lignin Stories bejn it-Tnejn 11 ta’ Ottubru u l-Ġimgħa 15 ta’ Ottubru biex titgħallem dwar Tessie u n-naħal tagħha u tgħin biex il-ġnien żgħir tagħha jerġa ‘jagħti l-ħajja.

Etajiet addatati: Minn 5 sa 10 snin

Ħinijiet:

It-Tnejn, 22 ta’ Novembru: L-Ewwel sessjoni fid-9:30am, it-tieni sessjoni fil-11:00am

It-Tlieta,  23 ta’ Novembru: L-Ewwel sessjoni fid-9:30am, it-tieni sessjoni fil-11:00am

L-Erbgħa, 24 ta’ Novembru: L-Ewwel sessjoni fid-9:30am, it-tieni sessjoni fil-11:00am

Il-Ħamis, 25 ta’ Novembru: L-Ewwel sessjoni fid-9:30am, it-tieni sessjoni fil-11:00am

Il-Ġimgħa, 26 ta’ Novembru: L-Ewwel sessjoni fid-9:30am, it-tieni sessjoni fil-11:00am

 

Spazju Kreattiv:

Kif trid tidher id-dinja tiegħek? X’tip ta ‘nies, annimali u pjanti timmaġina li jgħixu fiha?

Kif se jaħdmu flimkien?

Ejja nieħdu siegħa biex noħolmu dwar il-possibbiltajiet kollha! Se nimxu, niżfnu, u nagħmlu ritmi biex jgħinuna nesperjenzaw din id-dinja diversa u l-affarijiet kollha li nistgħu nagħmlu biex dan iseħħ! Ejja bil-kurżità u l-libertà – ma nistgħux nistennew iktar sabiex naraw x’nistgħu noħolqu flimkien!

Etajiet addatati: Minn 12 sa 14 -il sena

Ħinijiet:

It-Tnejn, 15 ta’ Novembru: L-Ewwel sessjoni fid-9:30am, it-tieni sessjoni fil-11:00am

 

L-Universita’ ta’ Malta:

Trid issir Eroj tal-Intelliġenza Artifiċjali? Ingħaqad magħna f’ wieħed mill-workshops, fejn se jkollok iċ-ċans li tipprova diversi logħob u titgħallem kif tista’ ssir Eroj tal-Intelligenza Artificcjali sabiex tbiddel id-dinja ta ‘għada!

Etajiet addatati: Minn 12 sa 16-il sena

Ħinijiet:

It-Tnejn, 29 ta’ Novembru: L-Ewwel sessjoni fid-9:30am, it-tieni sessjoni fl-10:30am u t-tielet sessjoni fis-13:30pm.

 

Għal aktar informazzjoni dwar dan il-proġett tal-Erasmus+, żurna fuq www.csdg.eu

Is-sessjonijiet kollha huma bla ħlas u huma fuq bażi ta’ ‘first come, first served’. Bookings għal dawn is-sessjonijiet online huma miftuħa u jistgħu jsiru billi tikkuntattja lil Esplora fuq bookings@esplora.org.mt jew ċempel fuq 23602299.

 

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more