Ingħaqdu magħna ġewwa l-Esplora s-Sibt 23 ta’ Ottubru sabiex tipparteċipaw f’wieħed mit-tlett workshops ippreparati għal tfal ta’ etajiet bejn il-ħames u sittax-ilsena, b’kollaborazzjoni ma’ Lignin Stories, Spazju Kreattiv u l-Universita’ ta’ Malta. Bl-involviment tal- istejjer, logħob diġitali u żfin, se nkunu qegħdin inwasslu lilkhom informazzjoni dwar l-għanijiet għal Żvilupp Sostenibbli , magħrufin bħala ‘Sustainable Development Goals’.
Din l-attivita’ qed tiġi organizzata bħala parti minn serje ta’ avvenimenti mill-proġett imsejjaħ ‘Embracing the Sustainable Development Goals through the Arts’ bis-sehem ta’ Lignin Stories- Malta, Seven Stories-Renju Unit, Copernicus Science Centre- Polonja, Picapipe GmBh- Awstrija, the University of Malta – Malta, OFF Hodworks- Ungerija, u Spazju Kreattiv- Malta. F’dan il-proġett iffukajna fuq tlett għanijiet li huma:
Ingħaqad magħna f’wieħed minn dawn il-workshops internazzjonali u tgħallem kif tista’ tkun il-bidla li tixtieq tara fid-dinja ta’ għada!
Postijiet għall-workshops jistgħu jiġu riservati mar-reception fuq bażi ta’ min jasal l-ewwel jinqeda l-ewwel.
Lignin Stories:
Tessie l-bidwija għexet waħedha fid-dwejra tagħha fil-bosk. Fil-bidu ta’ kull staġun, Tessie kienet tieħu ħsieb il-ġnien tagħha, tara kif in-naħal jippollinaw il-fjuri tagħha u stenniet bil-paċenzja t-tmiem tal-istaġun biex tiġbor borma għasel tajba. Din l-istorja baqgħet tirrepeti sena wara sena sakemm ġurnata waħda Tessie qamet u sabet li ma kienx hemm iktar għasel x’jinġabar … X’kien ġara min-naħal kollha?
Ingħaqad ma’ Lignin Stories fit-23 ta’ Ottubru biex titgħallem dwar Tessie u n-naħal tagħha u tgħin biex il-ġnien żgħir tagħha jerġa’ jagħti l-ħajja.
Etajiet adattati: Minn 5 sa 10 snin
Ħinijiet: Fil-11:30am, 1:30pm u fis-2:30pm
Post: Ċentru tal-Attivitajiet Livell 0
Spazju Kreattiv:
Kif trid li tidher id-dinja tiegħek? X’tip ta’ nies, annimali u pjanti timmaġina li jgħixu fiha?
Kif se jaħdmu flimkien?
Ejja nieħdu siegħa biex noħolmu dwar il-possibbiltajiet kollha! Se nimxu, niżfnu, u nagħmlu ritmi biex jgħinuna nesperjenzaw din id-dinja diversa u l-affarijiet kollha li nistgħu nagħmlu biex dan iseħħ! Ejja bil-kurżità u l-libertà – ma nistgħux nistennew iktar sabiex naraw x’nistgħu noħolqu flimkien!
Etajiet adattati: Minn 8 sa 10 snin
Ħinijiet: Fil-11:00am u fin-12:30pm
Post: Teatru tax-Xjenza għall-Esploraturi ż-Żgħar
L-Universita’ ta’ Malta:
Trid issir Eroj tal-Intelliġenza Artifiċjali? Ingħaqad magħna f’ wieħed mill-workshops, fejn se jkollok iċ-ċans li tipprova diversi logħob u titgħallem kif tista’ ssir Eroj tal-Intelligenza Artifiċjali sabiex tbiddel id-dinja ta ‘għada!
Etajiet adattati: Minn 12 sa 16-il sena
Ħinijiet: Fil- 11:00am u f’12:00pm u fis-2:00pm
Post: Spiral Staircase
Għal aktar informazzjoni dwar dan il-proġett tal-Erasmus+, żurna fuq www.csdg.eu