Think It, Make It!

Bi ftit immaġinazzjoni tista’ toħloq kważi kull ħaġa li toħlom biha. Kulma għandek bżonn huma materjal u kreattività biex jirnexxilek tbiddel l-ideat tiegħek f’realtà. Fl-Esplora, matul ix-xahar ta’ Novembru, se nkunu qed noffru tipi differenti ta’ attivitajiet li jiffukaw fuq il-ħolqien ta’ oġġetti sbieħ magħmulin b’materjal bażiku.

 

Għalhekk ingħaqad magħna matul dan ix-xahar għal Think It, Make It! u tkun tista’ tipparteċipa f’wieħed jew aktar mill-attivitajiet ta’ hawn taħt.

 

Workshops

 

Carboard Automata  minn dejjem kien wieħed mill-aktar workshops popolari fl-Esplora minħabba li tfal (kif ukoll adulti!) jieħdu pjaċir ħafna meta jipparteċipaw f’din l-attività, li tagħtihom l-opportunità li joħolqu l-kreazzjonijiet li jixtiequ. Dan il-workshop jgħin lit-tfal jesploraw kif jaħdmu l-magni billi jużaw elementi diversi bħal lievi u ktajjen. Għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà tal-viżitaturi tagħna, dan il-workshop se jkun offrut għal numru limitat ta’ familji kull darba u se jinżamm ukoll f’ħinijiet limitati sabiex l-oġġetti użati jkunu sterilizzati minn workshop għal ieħor. (Etajiet: 7+ minħabba li jinvolvi l-użu ta’ hot glue gun)

 

Xows tax-Xjenza

 

STEM Game Show (Etajiet: 8+): Qabbad, irreaġixxi, kabbar, adatta, identifika, iddefendi u elettriċizza. Meta tipparteċipa f’dan ix-xow, ikollok iċ-ċans li tesplora d-dinja tax-xjenza skont il-karta li tagħżel! Permezz ta’ dan ix-xow twieġeb mistoqsijiet bħal ‘X’inhu t-trijangolu tan-nar?’, ‘L-annimali, kif jaddattaw għall-ambjent tagħhom?’, ‘ Kif tista’ tiċċekja jekk sustanza hijiex aċiduża jew alkali?’ Agħżel karta u biha tiskopri aktar dwar id-dinja li qed ngħixu fiha. Liema esperimenti se jkollok inti?

 

Electrify! (Etajiet: 8+): Dan ix-xow tax-xjenza jgħinek tesplora l-elettriku. Biex jasal fis-sokits tad-djar tagħna, l-elettriku jkollu vjaġġ inkredibbli. Iżda kif jirnexxilna nrażżnu l-elettriku naturali? X’inhu ċirkwit? Kif nistgħu niġġeneraw l-elettriku? U kif nistgħu nużaw il-messaġġi elettriċi li jibgħat moħħna biex nikkontrollaw lin-nies?
Beautiful Bubbles (Etajiet: 3-7): Permezz ta’ dan ix-xow issir taf biex inhuma magħmulin il-bżieżaq u kif jiġu ffurmati. Xow interattiv fejn il-bżieżaq jieħdu kull qies, imorru ’l hemm, ’l hawn, dik in-naħa, in-naħa l-oħra u kullimkien. Ġie maħluq għall-Esploraturi ż-Żgħar u għalhekk huwa divertenti ħafna!

 

Science on the Spot

 

Scribble Bots (Etajiet: 7+): Jekk it-tfal tiegħek iħobbu r-robots… u jħobbu wkoll l-arti, mela ittestja r-robot DIY tal-Esplora. B’dan is-science on the spot kulħadd jista’ joħloq l-arti tiegħu u jeħduha miegħu d-dar. Ejja nkunu kreattivi!

 

Paper Helicopter (Etajiet: 5+ minħabba li jintuża mqass): Ibdel biċċa karta f’helikopter. Din l-attività tgħin biex wieħed jesplora l-prinċipji bażiċi tat-titjir u l-moviment.

 

Planetarium

 

Apparti mill-attivitajiet li semmejna, se jittellgħu wkoll diversi xows fil-Planetarium. Dawn se jittellgħu mhux biss fi tmiem il-ġimgħa iżda kuljum.

 

Għall-iskeda tal-ġimgħa, ġentilment aċċessa: http://esplora.org.mt/week-schedule/

 

nov-thematic-website

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more