Wara li ġew imħabbra l-gwidi dwar il-COVID-19 għall-iskejjel mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Esplora xtaq ifakkar lill-edukaturi li se jibqa’ jingħata ‘Trasport b’Xejn’ lejn u lura mill-Esplora lill-Iskejjel tal-Istat għal din is-sena skolastika li ġejja. Iċ-Ċentru tax-Xjenza qed joffri mawra edukattiva u essenzjali li żżid il-valur fit-tagħlim tax-xjenza. Din l-inizjattiva se titkompla tiġi sostenuta mill-Ministeru għall-Edukazzjoni (MFED).
Ftit tal-ġranet ilu, Dr Frank Fabri, is-Segretarju Permanenti fi ħdan l-MFED, żar l-Esplora, fejn flimkien maċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Dr Jeffrey Pullicino Orlando, iddiskutew il-preparazzjonijiet li huma mħejjija bħalissa għaċ-Ċentru tax-Xjenza sabiex jibda jerġa’ jilqa’ l-istudenti minn Ottubru 2021.
Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza huwa mifrux fuq medda ta’ 22,000 metri kwardri u joffri attivitajiet varji li huma mfassla fuq il-kurrikulu nazzjonali. Il-Programm Edukattiv uffiċjali għall-(2021-2022) se jitnieda fil-ġimgħat li ġejjin. Il-miżuri kollha tas-Saħħa u Sigurtà tal-COVID-19 se jiġu segwiti.
Għall-aktar informazzjoni u sabiex tibbenefika minn din l-iskema kkuntattja ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora fuq esplora.bookings@gov.mt
|
|
|
|
|
|