UoM Electric Car Launch

Għandna aħbar eċitanti biex naqsmu miegħek!

Ir-Racing Team tal-Università ta’ Malta (UM) għażel lil Esplora biex għall-ewwel darba jinawgura karozza ġdida tat-tlielaq, li taħdem bl-elettriku, b’teknoloġija mill-aktar avvanzata u li nħolqot esklussivament minn dan it-team tal-UM!

L-UM Racing Team li huwa l-uniku wieħed fil-gżejjer Maltin, huwa magħmul minn studenti universitarji li jagħmlu ħilithom biex ipoġġu t-teorija fil-prattika billi japplikaw l-l-għarfien li jakkwistaw fuq il-kampus għal xenarji tal-ħajja reali. F’dan il-każ partikolari, ir-Racing Team tal-Universita’ rnexxielu jibni u jarma karozza tat-tlielaq li taħdem bl-elettriku, b’karatteristiċi tal-ogħla livell. Din il-vettura ġdida fjamanta għandha prestazzjoni mill-aqwa u mistennija tmur tajjeb fil-kompetizzjonijiet internazzjonali fil-ġejjieni qarib.

It-teknoloġija li tintuża mill-karozzi tat-tlielaq li jaħdmu bl-elettriku,  tinsab fil-quċċata tal-kamp innovattiv tal-motorsport, dan għaliex minkejja s-sostenibiltà tal-karozza, ma xxekkilx il-veloċità. Mingħajr l-ebda emissjonijiet, il- karozza  taħdem mingħajr l-edba ħoss. Dawn huma magni mill-aktar avvanzati u li qed jirrivoluzzjonaw l-industrija tat-tlielaq biex iwittu t-triq għal futur b’ ambjent aktar nadif u ekoloġiku kemm fil-korsa tat-tlielaq kif ukoll lil hinn minnha.

Jekk titħajjar tieħu xi ritratt maġenb din il-karozza meraviljuża, żur iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza fit-18 u d-19 ta’ Mejju bejn l-10am u l-5pm.  Ingħaqad magħna l-Esplora  u kun parti minn din ir-rivoluzzjoni!

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more