Vjaġġ lejn l-Ispazju

Qed tfittex post fejn tmur waqt il-vaganzi tal-Għid il-Kbir? Ingħaqad magħna fl-Esplora fejn se nittrasformaw iċ-ċentru f’post mimli attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-ispazju. Minn astronawti għall-gallassji, vetturi spazzjali, satelliti u rovers lunari… fiċ-ċentru tax-xjenza din il-ġimgħa se ssibu minn kollox!

Il-viżitaturi se jkollhom iċ-ċans li jiskopru l-misteri tal-ispazju waqt avveniment divertenti ħafna! U għal dawk li huma ffissati fuq dan is-suġġett, se nagħtuhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ riċerkaturi lokali u professjonisti fil-qasam tar-riċerka spazjali biex jitgħallmu aktar dwar ix-xogħol tagħhom u l-possibiltajiet li hemm f’dan il-qasam.

Vjaġġ lejn l-Ispazju se jittella’ f’dawn il-ġranet:

Il-Ħinijiet tal-Ftuħ se jkunu bejn l-10am u l-5pm.

Il-Biljetti tal-Entratura se jkunu jistgħu jinxtraw mir-Reception mad-dħul fuq bażi ta’ min jasal l-ewwel jinqeda l-ewwel. Il-Prezzijiet tal-Biljetti tistgħu tarawhom minn hawnhekk. Il-Biljett tad-Dħul jinkludi Xow tax-Xjenza/Workshop wieħed b’xejn. Attivitajiet addizzjonali se jkunu jistgħu jiġu bbukkjati bi ħlas addizzjonali ta’ €1 kull persuna.

Xows tax-Xjenza/Workshops

Take Off! – L-umanità kif evolvit mit-titjir tat-tajr għal titjiriet ta’ rokits fl-ispazju? Orbot iċ-ċinturin tas-sigurtà hekk kif, f’dan ix-xow tax-xjenza interattiv, se nesploraw ix-xjenza wara t-titjira u niskopru kif ix-xjentisti rnexxielhom jivvjaġġaw fl-ispazju. Etajiet: 5 snin ’il fuq.

Missjoni Lunari 1.0 – Se nerġgħu nivvjaġġaw lura lejn il-qamar! Ingħaqad mal-missjoni tagħna u mexxi rover lunari permezz tal-coding. Uża l-ħiliet matematiċi tiegħek sabiex tlesti numru ta’ kompiti bi preparazzjoni biex il-bniedem jerġa’ jitla’ fuq il-qamar. Taħseb li jirnexxilek? Etajiet: 7 snin ’il fuq.

3, 2, 1… Lift Off! – Għadek il-ħiliet neċessarji biex issir inġinier aerospazjali? Ibni rokit li jtir bl-arja u ara jekk jirnexxilekx ittajru waqt dan il-workshop interattiv. Is-suċċess ta’ din it-titjira jinsab f’idejk! Etajiet: 5 snin ’il fuq.

Planet Bootcamp – Qed insejħu lill-astronawti kollha! Dan huwa ċ-ċans tiegħek biex tesplora l-karatteristiċi meraviljuħi tas-sistema solari tagħna bħall-vulkani vjolenti li nsibu fuq Venere jew iċ-ċrieki ta’ madwar Saturnu. Lest għal dan il-bootcamp? Etajiet: bejn 3 u 6 snin.

EsploraPlanetarium

L-EsploraPlanetarium se jkun fiċ-ċentru ta’ dan l-avveniment. Fil-fatt il-viżitaturi se jkollhom ħafna Films tal-Planetarium/Xows minn fejn jagħżlu. Apparti minn hekk l-Esebizzjoni tal-Univers se tkun miftuħa għall-viżitaturi kollha u mhux biss għal dawk li se jkollhom il-Biljett tal-Planetarium.

Għall-iskeda tal-films tal-Planetarium/Xows, nistednukom tiċċekkjaw l-iskeda tal-ġimgħa minn hawnhekk.

Fil-bini tal-Planetarium il-viżitaturi se jkunu wkoll jistgħu jipparteċipaw f’din l-attività hands-on.:

Curioscope VR – Araw kif il-pjaneti tas-sistema solari se jieħdu l-ħajja grazzi għall-posters Curioscope li huma magħmulin bir-realtà virtwali. Esploraw id-Dinja u żuru wkoll il-Qamar!

Attivitajiet Oħra

Madwar l-Esplora se jkun hemm ukoll numru ta’ attivitajiet oħra hands-on li jinkludu:

Ivvjaġġa s-sistema solari ma’ Sphero – Ivvjaġġa madwar is-sistema solari bl-għajnuna ta’ Sphero. Waqt din l-attività interattiva se jkollok l-opportunità tuża l-coding biex tmexxi robot żgħir u żżur il-pjaneti tas-sistema solari.

Din l-attività hija miġjuba bis-support ta’ robocoach u digital.com.mt

Aħdem bl-Ingwanti Spazjali – Taħseb li għall-astronawti hija xi ħaġa sempliċi biex jagħmlu r-rutina tagħhom ta’ kuljum liebsa l-ingwanti spazjali? Ilbes dawn l-ingwanti goffi u pprova għamel ċertu kompiti bażiċi. Se tiskopri li din hija sfida ħafna akbar milli mmaġinajt!

Apparti mix-xows tax-xjenza u workshops li semmejna hawnhekk, se jkollna wkoll sezzjoni speċjali rriservata għar-Riċerkaturi tal-Ispazju lokali. Ħu din l-opportunità u ltaqa’ magħhom ħalli tkun tista’ ssaqsihom aktar dwar xogħol. Magħhom se tkun tista’ tiddiskuti dak li jagħmlu u titgħallem aktar dwar karrieri f’dan il-qasam kif ukoll dwar ir-riċerka importanti li jagħmlu.

Termini u Kundizzjonijiet

Ġentilment nixtiequ ninfurmawkom li jistgħu jittieħdu xi ritratti/filmati waqt Vjaġġ lejn l-Ispazju. Il-preżenza tiegħek waqt dan l-avveniment tikkostitwixxi kunsens biex jittieħdu ritratti/filmati għal skopijiet ta’ marketing u pubbliċità. Jekk ma tixtieqx li tidher f’dawn ir-ritratti/filmati, jekk jogħġbok kellem lil membru tar-Reception tagħna. Dawn jagħtuk stiker speċjali biex tippermetti lill-fotografu/videographer tagħna jidentifikak u ma jinkludikx fl-ebda ritratt/filmat. Aktar informazzjoni tista’ tingħata mir-Reception tagħna.

website-banner

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more