Webinar ta’ Konklużjoni tal-Proġett RAISE Erasmus+

L-Ewropa bħalissa qed tiffaċċja diskrepanza fil-ħiliet li jirrikjedu karrieri fis-settur STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija, Matematika). Din id-diskrepanza hi riżultat ta’ bidliet fis-settur tal-impjiegi. Il-Proġett RAISE ta’ Erasmus+ inħoloq madwar 3 snin ilu biex iqajjem kuxjenza dwar din il-kwistjoni u fl-istess waqt joħloq aktar interess f’dawn is-suġġetti. Hekk kif il-Proġett RAISE wasal fi tmiemu, Esplora se jorganizza Webinar ta’ Konklużjoni nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ November 2020 mid-9 ta’ filgħodu sa nofsinhar.

 

Ingħaqad magħna għal dan il-Webinar Konklussiv u ħu l-opportunità sabiex tipprova l-app tal-mobile il-ġdida li hi relatata mal-karrieri STEAM u fl-istess waqt ipparteċipa f’workshops relatati mas-suġġett. Dan il-webinar se jikkonkludi b’diskussjoni minn professjonisti fil-qasam intitolata: ‘L-iSTEM u s-Soċjetà – Perċessjonijiet, Sfidi u Tbassir’.

 

Ibbukja l-post tiegħek għal dan il-webinar billi timla din il-formola: https://forms.gle/cxNkgfjPvhNV87Fs6

Kif tirreġistra, għandek tirċievi imejl ta’ konferma min-naħa tagħna bil-link tal-webinar.

 

Raise Webinar

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more