Workshop ma’ Little Legends

Esplora, bil-kollaborazzjoni ma’ Little Legends, huma ħerqana biex iħabbru workshop drop-in li hu mmirat għal familji bi tfal ta’ bejn it-18-il xahar u s-6 snin. Dan il-workshop interattiv, li se jsir fil-Little Esploras Science Theatre, se jipprovdi esperjenza multisensorjali dwar l-għeġubijiet tan-natura, li jippermetti lit-tfal jesploraw u jitgħallmu permezz ta’ attivitajiet hands-on.

Dan il-workshop huwa skedat għal nhar is-Sibt, 14 t’ Ottubru mill-11 am sas-2 pm.

Dan il-workshop mhuwiex bi ħlas addizzjonali u joffri opportunità fantastika għall-familji biex jingħaqdu flimkien u jqanqal l-kurżità tat-tfal tagħhom dwar id-dinja ta’ madwarhom u fl-istess waqt irawmu mħabba tul il-ħajja għat-tagħlim.

Dinosawri u Fossili

Dan il-workshop, li se jsir nhar is-Sibt 14 t’Ottubru, se jkun dwar id-dinja interessanti tad-Dinosawri u l-Fossili. Dan il-workshop affaxxinanti se jieħu lit-tfal fi vjaġġ ta’ skoperta hekk kif jesploraw il-misteri ta’ dawn il-kreaturi mill-isbaħ li kienu jaħkmu d-dinja tagħna. It-tfal se jkollhom l-opportunità li jipparteċipaw f’varjetà ta’ attivitajiet prattiċi, iddisinjati speċifikament biex jespandu l-għarfien tagħhom.

Dan il-workshop huwa ddisinjat bir-reqqa biex joffri esperjenza unika u interessanti, li tinvolvi diversi aspetti tan-natura li għandhom jinteressaw lit-tfal iż-żgħar.

Titlifx din l-opportunità. Żurna l-Esplora flimkien mal-familja biex flimkien taffaxxinaw ruħkom bin-natura. Dan il-workshop se jkun interattiv u edukattiv, u huwa ideali biex tqanqlu l-kurżità tat-tfal u tħalluhom jesploraw u jitgħallmu permezz ta’ attivitajiet hands-on. Ingħaqad magħna u ħalli liċ-ċkejknin tiegħek jibdew vjaġġ eċċitanti ta’ skoperta li jħallihom b’memorji sbieħ.

Termini u Kundizzjonijiet

Ġentilment nixtiequ ninfurmawkom li jistgħu jittieħdu xi ritratti/filmati waqt dan il-workshop. Il-preżenza tiegħek waqt l-avveniment tikkostitwixxi kunses biex jittieħdu ritratti/filmat għal skopijiet ta’ Marketing u pubbliċità. Jekk ma tixtieqx li tidher f’dawn ir-ritratti/filmati, jekk jogħġbok kellem lil membru tar-Reception tagħna. Dawn jagħtuk stiker speċjali biex tippermetti lill-fotografu/videographer tagħna jidentifikak u ma jinkludikx fl-ebda ritratt/filmat. Aktar informazzjoni tista’ tingħata mir-Reception tagħna.

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more