Esplora, bil-kollaborazzjoni ma’ Little Legends, huma ħerqana biex iħabbru workshop drop-in li hu mmirat għal familji bi tfal ta’ bejn it-18-il xahar u s-6 snin. Dan il-workshop interattiv, li se jsir fil-Little Esploras Science Theatre, se jipprovdi esperjenza multisensorjali dwar l-għeġubijiet tan-natura, li jippermetti lit-tfal jesploraw u jitgħallmu permezz ta’ attivitajiet hands-on.
Dan il-workshop huwa skedat għal nhar il-Ħadd, 24 ta’ Settembru mill-11 am sas-2 pm.
Dawn il-workshops mhumiex bi ħlas addizzjonali u joffru opportunità fantastika għall-familji biex jingħaqdu flimkien u jqanqlu l-kurżità tat-tfal tagħhom dwar id-dinja ta’ madwarhom u fl-istess waqt irawmu mħabba tul il-ħajja għat-tagħlim.
Workshop – It-temp u l-istaġuni
Il-workshop se jsir nhar il-Ħadd 24 ta’ Settembru, u se jdur madwar it-temp u l-istaġuni. Dan il-workshop affaxxinanti se jieħu lit-tfal fi vjaġġ ta’ skoperta, hekk kif jesploraw ir-rwol kruċjali li t-Temp u l-Istaġuni għandhom f’ħajjitna. It-tfal se jkollhom l-opportunità li jipparteċipaw f’diversi attivitajiet prattiċi.
Dan il-workshop huwa ddisinjat bir-reqqa biex joffri esperjenza unika u interessanti, li tinvolvi diversi aspetti tan-natura li għandhom jinteressaw lit-tfal iż-żgħar.
Titlifx din l-opportunità. Żurna l-Esplora flimkien mal-familja biex flimkien taffaxxinaw ruħkom bin-natura. Dawn il-workshops se jkunu interattivi u edukattivi, u huma ideali biex tqanqlu l-kurżità tat-tfal u tħalluhom jesploraw u jitgħallmu permezz ta’ attivitajiet hands-on. Ingħaqad magħna u ħalli liċ-ċkejknin tiegħek jibdew vjaġġ eċċitanti ta’ skoperta li jħallihom b’memorji sbieħ.
Termini u Kundizzjonijiet
Ġentilment nixtiequ ninfurmawkom li jistgħu jittieħdu xi ritratti/filmati waqt dawn il-workshops. Il-preżenza tiegħek waqt l-avveniment tikkostitwixxi kunses biex jittieħdu ritratti/filmat għal skopijiet ta’ Marketing u pubbliċità. Jekk ma tixtieqx li tidher f’dawn ir-ritratti/filmati, jekk jogħġbok kellem lil membru tar-Reception tagħna. Dawn jagħtuk stiker speċjali biex tippermetti lill-fotografu/videographer tagħna jidentifikak u ma jinkludikx fl-ebda ritratt/filmat. Aktar informazzjoni tista’ tingħata mir-Reception tagħna.