Bee Buzzz

Skopri l-Importanza tan-Naħal mal-Esplora fil-Jum Dinji tan-Naħal!

Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza ta’ Malta, b’ferħ iħabbar iċ-ċelebrazzjonijiet tiegħu għall-okkażjoni tal-Jum Dinji tan-Naħal nhar id-19 ta’ Mejju bejn id-9 ta’ filgħodu u t-3 ta’ waranofsinhar u nhar l-20 ta’ Mejju bejn l-10 ta’ filgħodu u l-5 ta’ filgħaxija. Dan l-avveniment, li se jittella’ fuq jumejn, huwa maħsub biex jeduka lill-pubbliku dwar ir-rwol importanti li n-naħal għandhom fl-ekosistema u l-importanza tat-trobbija ta’ dawn l-insetti.

Bħala pollinaturi, in-naħal għandhom rwol vitali fil-produzzjoni tal-ikel tagħna, jgħinu l-agrikoltura sostenibbli u jsaħħu l-bijodiversità. Barra minn hekk, in-naħal huma essenzjali għall-konservazzjoni tal-ambjent u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Waqt din l-attività, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ membri mill-organizzazzjoni Għaqda tat-Trobbija tan-Naħal u l-Għasel Malti, kif ukoll esperti fil-qasam tat-trobbija tan-naħal. Il-partiċipanti se jitgħallmu dwar l-affarijiet bażiċi tat-trobbija tan-naħal, dwar tipi differenti ta’ naħal u ċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, kif ukoll l-importanza tal-konservazzjoni ta’ dawn l-insetti. Apparti minn hekk, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jduqu l-għasel u jekk jixtiequ se jkunu jistgħu wkoll jixtruh. Min hu interessat fix-xehda tan-naħal, se jkun jista’ wkoll jagħmel ordni.

Titilfux dan l-avveniment interessanti fl-Esplora, fejn tistgħu tingħaqdu magħna fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji tan-Naħal u titgħallmu dwar l-impatt pożittiv li tista’ tħalli fuq l-ambjent jekk tappoġġja l-konservazzjoni ta’ dawn id-dakkraturi importanti.

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more