Cirque Bizarre

Esperjenza Halloween b’mod differenti! B’ħerqa kbira nippreżentawlkom Cirque Bizarre – fużjoni ta’ xjenza, meravilji u misteri!

Il-Lejla ta’ Halloween31 t’Ottubru

Ingħaqad magħna fil-31 t’Ottubru filgħaxija, fejn id-divertiment jibda fis-6 pm u jibqa’ sejjer sal-10 pm. Ipprepara biex tiġi ttrasportat f’post fejn ix-xjenza tiltaqa’ mal-eċċentriku hekk kif iċ-ċentru tax-xjenza se jinbidel f’ċirku taħt id-dija tal-qamar. Araw ftit x’meravilji se tkunu tistgħu taraw waqt din is-serata:

Science on Fire – Is-circus master tagħna se jkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni b’show splussiv mimli fjammi, xrar, kif ukoll esperimenti u dimostrazzjonijiet. Idħol f’dinja ta’ fjammi kkuluriti u splużjonijiet.

Spelltacular – Mur lura għall-1620 u tara l-maġija u x-xjenza jiltaqgħu. F’dan l-ispettaklu mmexxi minn alkimisti li vvjaġġaw fiż-żmien, se jiġu żvelati s-sigrieti ta’ diversi esperimenti ‘maġiċi’, u se naraw kif ix-xjenza tagħmilhom possibbli. Skopri l-misteri wara kull esperiment u tgħallem kif ix-xjenza tagħmilhom reali.

Gross Dissections – Waqt dan il-workshop interessanti, ara x’hemm wara d-dissezzjoni tal-organi. Idħol fil-fond fix-xjenza wara s-sistemi ta’ ġisimna u esplora l-misteri moħbija fl-organi tagħna.

Corridor of Curiosities – L-eċċentriku jiltaqa’ max-xjenza f’dan il-kuritur mimli logħob li se jkunu ftit partikolari. Ipprova logħba wara l-oħra u tara kif id-divertiment huwa garantit.

The Reptile Dungeon – Tazzarda tidħol fir-Reptile Dungeon tagħna, post mimli sriep, bearded dragons u insetti? Iltaqgħu ma’ erpetoloġisti u entomoloġisti li jgħinuk tapprezza d-dinja ta’ dawn il-kreaturi. Tipprova tmiss xi wieħed minnhom?

Films tal-Planetarium /Live Shows – Mur fuq vjaġġ affaxxinanti fil-Planetarium u żbarka fuq avventura planetarja. Ħares lejn is-sbuħija tas-sema bil-lejl, ara l-pjaneti u dak kollu li hemm madwarna.

Science on the Spot – Madwar iċ-ċentru tax-xjenza se jkollna diversi attivitajiet hands-on, logħob taċ-ċirku u għeġubiijiet tax-xjenza oħra. U anke kompetizzjoni eċitanti għall-viżitaturi tagħna!

U tinsewx toqogħdu attenti għal diversi karattri li se jkunu lebsin kostumi interessanti ħafna… li se jkunu qegħdin iqassmu l-ħelu lit-tfal!

Il-biljetti għal dan l-avveniment huma mibjugħin kollha.

Il-Ħlas tad-Dħul huwa hekk:

Il-prezzijiet jeskludu t-tarriffa tal-bookings ta’ showshappening.com.

Adulti: €10

Tfal (3-15-il sena): €5

Persuni li għandhom il-Karta tad-Diżabilità/Persuni li għandhom il-KartaAnzjan jew il-Karta tal-Identità tas-60+: €5

Planetarium: L-esperjenza tal-Planetarium hija ta’ Eur2 addizzjonali għal kull persuna u tista’ titħallas mall-bieb fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

Il-biljetti tad-dħul jagħtuk aċċess għal show tax-xjenza wieħed jew workshop wieħed u jiftaħ ukoll il-bieb għall-attivitajiet straordinarji l-oħra li joffri Cirque Bizarre.

Avviż Importanti: Biljetti kumplimentari, vouchers jew offerti ta’ skont ma jistgħux jinfdew waqt Cirque Bizarre.

Ġranet Tematiċimill-1 ta’ Novembru sal-5 ta’ Novembru

Xi ħaġa speċjali oħra għalikom! L-għada ta’ dan l-avveniment ta’ hawn fuq, se nħallu l-maġija tirrenja! Fil-fatt se nkunu miftuħin mill-10 am sal-5 pm fejn se tkunu tistgħu tgawdu din it-tema affaxxinanti għal aktar ġranet. Minkejja li mhux se tkun fuq l-istess skala tal-attivitajiet tal-31 t’Ottubru, xorta tista’ tieħu pjaċir bix-shows tax-xjenza, tesplora l-Corridor of Curiosities u dan kollu waqt iċ-ċentru se jkun għadu ddekorat fuq l-istess tema! Din hija opportunità perfetta biex tesplora sew is-Cirque Bizarre, tieħu gost bl-atmosfera u l-ispirtu ta’ Halloween b’ambjent aktar trankwill.

Il-biljetti għal dawn il-ġranet tematiċi se jkunu mibjugħa mir-Reception fuq bażi ta’ min jasal l-ewwel jinqeda l-ewwel.

Il-Ħlas tad-Dħul huwa hekk:

Adulti: €6

Tfal (3-15-il sena): €4

Persuni li għandhom il-Karta tad-Diżabilità: €3

Persuni li għandhom il-KartaAnzjan jew il-Karta tal-Identità tas-60+: €4

Planetarium: L-esperjenza tal-Planetarium hija ta’ Eur2 addizzjonali għal kull persuna u tista’ titħallas mall-bieb fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

Il-biljetti tad-dħul jagħtuk aċċess għal show tax-xjenza wieħed jew workshop wieħed.

Għalhekk, immarka l-kalendarju tiegħek mhux biss għall-31 ta’ Ottubru iżda anke għall-jiem ta’ wara u esperjenza l-maġija ta’ Cirque Bizarre f’Esplora. Ninsabu ħerqana biex nilqgħukom magħna!

Termini u Kundizzjonijiet

Ġentilment nixtiequ ninfurmawkom li jistgħu jittieħdu xi ritratti/filmati waqt Cirque Bizarre. Il-preżenza tiegħek waqt dan l-avveniment tikkostitwixxi kunsens biex jittieħdu ritratti/filmati għal skopijiet ta’ Marketing u pubbliċità. Jekk ma tixtieqx li tidher f’dawn ir-ritratti/filmati, jekk jogħġbok kellem lil membru tar-Reception tagħna. Dawn jagħtuk stiker speċjali biex tippermetti lill-fotografu/videographer tagħna jidentifikak u ma jinkludikx fl-ebda ritratt/filmat. Aktar informazzjoni tista’ tingħata mir-Reception tagħna.

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more