Edukaturi

Żvilup Professjonali Kontinwu (CPD)

Aħna żviluppajna firxa ta’ korsijiet biex nappoġġjaw lill-għalliema fl-iżvilupp professjonali tagħhom, li se jgħinu biex jiġu arrikkiti l-esperjenzi ta’ tagħlim fil-klassi, fl-iskola u fiż-żjarat edukattivi.

Int tista’ wkoll titlob biex il-programm ta’ CPD tagħna jingħata fl-iskola tiegħek. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq programmes@esplora.org.mt u int se tiġi kkuntattjat minn wieħed mill-membri tat-tim tagħna.

Programm Xjentisti Żgħar:

Il-programm ‘Xjentisti Żgħar’ huwa kors ta’ CPD adattat għal Edukaturi Bikrija u Edukaturi fl-Iskejjel Primarji. Għandha l-għan li tagħti kunfidenza lill-edukaturi fix-xjenza u toħloq pjattaforma komuni għal tagħlim ibbażat fuq inkjesta fl-edukazzjoni primarja. “Xjentisti Żgħar” iqajjem entużjażmu għall-fenomeni fix-xjenzi naturali u jħeġġeġ l-imħuħ żgħażagħ li jistaqsu biex iressqu mistoqsijiet, joħorġu bl-ideat infushom u jesploraw bħal xjenzati ftit.

Suġġetti ta’ ‘Little Scientist’:

Għal aktar informazzjoni, agħti daqqa t’għajn lejn il-Ktieb ta’ Gwida għall-Edukaturi.

Ġranet ta Pjan ta’ Żvillup għall-iSkejjel (SDP)

Jekk tixtieq iżżomm il-ġurnata SDP ta’ l-iskola f’Esplora, jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz ta’ programmmes@esplora.org.mt sabiex inkunu nistgħu nilqgħu t-talba tiegħek.

 

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more