Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

Idħol f’dinja ta’ esplorazzjoni tax-xjenza matul il-Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali tagħna ġewwa Esplora, iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza. Nifhmu li dwal qawwijin u ħsejjes qawwija jistgħu jkunu ta’ sfida għal xi wħud, għalhekk aħna kuntenti li noffru atmosfera trankwilla matul dawn is-sigħat speċjali. Skopri l-basket Sensorjali tagħna li jinkludi oġġetti bħal sandtimer, għajnuna viżwali, fidget toys, nuċċali tax-xemx u difensuri tal-widnejn. Dawn l-oġġetti huma disponibbli f’kull ħin sabiex iż-żjara tagħkom tkun aktar komda u pjaċevoli. Se nkunu qed nipprovdu mappa li turi żoni mhux storbjużi u żoni b’dawl qawwi li jista’ jkun li tixtiequ tevitaw.

Minħabba s-sigurta ta’ kulħadd, fl-Esplora għandna sistema ta’ alarm li tista’ tixgħel f’każ ta’ nar. Fil-każ li din l-alarm tixgħel, se jkun hemm ħoss qawwi. Għalkemm aħna nipprijoritizzaw is-sigurta bis-sistema tagħna ta’ alarm, ftakar li t-tim tagħna jiggwidak f’post sigur f’każ ta’ xi allarmi.

Waqt il-Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali, se jkollok iċ-ċans li tipparteċipa f’wieħed mill-workshops jew wirjiet tax-xjenza tagħna, kif ukoll tieħu l-esperjenza tal-EsploraPlanetarium.

Bħala ċampjins tal-inklussività, Esplora huwa kburi wkoll li jsostni l-Iskema Sunflower, b’ lanyards apposta għal dan il-għan li tista’ tieħu d-dar u tużahom f’postijiet oħra li jagħmlu parti wkoll mill-iskema.

Ingħaqad magħna għal-Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali li ġejjin:

Is-Sibt, 27 ta’ April 2024, bejn 9am u 1pm – Jekk tixtieq iżżurna, jekk jogħġbok imla din il-formola.

Il-Ħadd 26 ta’ Mejju 2024, bejn 9am u 1pm.

Is-Sibt, 22 ta’ Ġunju 2024, bejn 9am u 1pm.

Prezzijiet tad-Dħul

Dħul – Dawk li għandhom Karta tad-Diżabilità u l-Concession Card tal-Esplora – € 3 (Dħul b’xejn għal adult wieħed li jakkumpanjahom. Persuni addizzjonali jħallsu l-prezz tad-dħul regolari fl-Esplora.)

EsploraPlanetarium u esebizzjoni tal-Univers – €2 (Dħul b’xejn għal adult wieħed li jakkumpanjahom. Persuni addizzjonali jħallsu d-dħul regolari tal-EsploraPlanetarium.)

Tgħallem aktar dwar  il-Concession Card tal-Esplora fuq esplora.org.mt/esplora-concession-card

Sabiex tipprepara għaż-żjara tiegħek minn qabel, iċċekja l-Istorja Soċjali tagħna fuq https://esplora.org.mt/storja-socjali/?lang=mt

Tista’ wkoll tibbukkja l-Kamra Multisensorjali tagħna għal sessjonijiet mingħajr ħlas. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok idħol hawnhekk: https://esplora.org.mt/kamra-sensorjali/?lang=mt

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more