Kamra Multiensorjali

Esplora u esperjenza l-kamra multisensorjali ġewwa l-Esplora!

L-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, dejjem stinka biex jipprovdi esperjenza ta’ viżitatur kompletament aċċessibbli u l-proġett il-ġdid tal-kamra multisensorjali, appoġġjat bis-sħiħ mill-Bank of Valletta p.l.c. se jagħti lin-nies b’diżabilitajiet fiżiċi, intellettwali, emozzjonali jew fl-imġieba, esperjenza inklużiva msaħħa.

Il-kamra multisensorjali fl-Esplora kienet speċifikament maħluqa biex toffri esperjenza immersiva, li tolqot sensi varji bl-użu ta’ tagħmir speċjalizzat biex jipprovdi ambjent ta’ kkalmar, jistimula l-attività mentali u jippromwovi l-interazzjoni. Din hija benefiċċjali ħafna għal persuni b’diżabilitajiet fiżiċi, konjittivi u sensorjali bl-użu ta’ kuluri, ħsejjes, xamm, mess u dwal.

Il-kamra multisensorjali tagħna hija aċċessibli permezz ta’ paranki u tinkludi tagħmir sensorjali speċjalizzat li jipprovdi stimulazzjoni ottiċi, akustiċi u tattili. Dan jinkludi sodda tal-ilma komda li toffri movimenti ġentili ta’ rilassament, seating bi pressjoni biex jipprovdi kumdità u podju madwar kolonni tal-bżieżaq mill-isbaħ. Din il-kamra għandha proġekter mill-aktar avvanzat b’numru ta’ xeni u logħob li jinkoraġġixxu movimenti flimkien ma’ attività ta’ dwal tas-sellum sensittivi għall-ħoss biex tippromwovi komunikazzjoni vokali u kreazzjoni tal-ħoss. Il-kamra hija wkoll mgħammra b’dawl tal-fibra ottika miżmum bl-idejn, bean bags komdi, projezzjonijiet mas-saqaf, mera ballun li turi d-dwal kif ukoll ħsejjes li jikkalmaw u rwejjaħ ġentili li jikkreaw ambjent sabiħ u b’ħafna għanjiet.

Gwardjani li jakkumpanjaw lin-nies li jibbenefikaw mill-kamra multisensorjali se jkunu jistgħu jiffaċilitaw is-sessjoni. Bħala n-nies li jafuhom l-aħjar, il-gwardjani jkunu jistgħu joħolqu l-ambjent perfett u jaħdmu wkoll fuq aspetti bħall-komunikazzjoni, l-interazzjoni u l-moviment kif meħtieġ. Il-gwardjani jistgħu wkoll jitolbu lit-terapista okkupazzjonali jew lill-professjonist tagħhom stess biex jakkumpanjawhom fiż-żjara tagħhom.

Terapija multisensorjali toffri l-opportunita lil nies b’diżabilitajiet fiżiċi, intellettwali, emozzjonali jew fl-imġieba l-opportunità li jitgħallmu, jissoċjalizzaw u jgawdu varjetà ta’ esperjenzi sensorji. Il-viżitaturi jistgħu jibbukkjaw is-sessjoni ta’ 25 minuta fil-kamra multisensorjali mingħajr ħlas addizzjonali billi: iżuru r-reception ta’ Esplora, iċemplu 23602301 jew jibagħtu email fuq info@esplora.org.mt. Il-bookings huma fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel.

Tista’ ssib riżorsi addizzjonali sabiex jassistuk fiż-żjara tiegħek hawnhekk:

L-Istorja Soċjali ta’ Esplora, sabiex tippreparak għaż-żjara tiegħek: https://esplora.org.mt/storja-socjali/?lang=mt

Sigħat Sensorjali, sabiex tgawdi l-Esplora f’ħin iktar kwiet: https://esplora.org.mt/sensory-friendly-hours/

Concession Cards: https://esplora.org.mt/esplora-concession-card/

fb-multisensory-room

 

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more