Empowering Youths in STEM through the Arts

Nilqgħukom għall-proġett ‘Empowering Youths in STEM through the Arts’.

 

Numru tal-proġett: 2020-2-MT01-KA205-074304

Fondi tal-proġett: €132,915.00

Tul tal-proġett: 20 xhar: 1 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Lulju 2022

Benefiċjarju tal-proġett:

Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza

Imsieħba tal-proġett:

Inizjamed, Malta

Aġenzija Żgħażagħ, Malta

CosmoCaixa Barcelona, Spain

NEMO Science Museum, Netherlands

 

L-Għan tal-proġett:

L-għan ta’ dan il-proġett huwa li parti minn din l-inizjattiva, l-imsieħba tal-proġett jikkollaboraw flimkien mal-youth workers u maż-żgħażagħ sabiex ikun hemm iktar involviment relatati ma’ STEAM u edukazzjoni fuq il-komunikazzjoni tax-xjenza b’mod informali. Apparti minn hekk, l-esperjenzi u sessjonijiet ta’ taħriġ għall-parteċipanti jkomplu jżiedu iktar informazzjoni mar-riżorsi li se joħorġu minn dan il-proġett. L-għan tal-iżvilupp ta’ riżorsa interattiva huwa sabiex iżżid iktar il-ħiliet relatati ma’ public speaking u ħiliet ta’ dibattitu immirati għaż-żgħażagħ. L-Innovazzjoni f’dan il-proġett tispikka bir-riżorsa interrattiva li se tkun qed tiġi żviluppata fuq riċerka u li se tkun parti minn dan il-proġett b’kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ, bl-involviment taż-żgħażagħ.

 

Qed isir dejjem aktar rilevanti għax-xjenzati u dawk li jfasslu l-politika biex jikkomunikaw u jinkoraġġixxu involviment sinifikanti taż-żgħażagħ quddiem sfidi kumplessi interġenerazzjonali bħall-bidla fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli.

 

Bħala parti mill-promozzjoni ta ’din ir-riżorsa, serje ta’ tliet science cafe għaż-żgħażagħ se jiġu ospitati fit-tliet pajjiżi msieħba: Malta, Spanja u l-Olanda. Iż-żgħażagħ se jkunu involuti b’mod attiv fl-organizzazzjoni tagħhom permezz ta’ attivitajiet, kif ukoll fil-wirja tax-xjenza u science cafe. Permezz tal-involviment tal-komunità lokali, dawn l-attivitajiet se jilħqu aktar żgħażagħ. Matul dawn l-avvenimenti, iż-żgħażagħ jingħataw l-opportunità li jitkellmu dwar l-involviment tagħhom fl-edukazzjoni informali, speċjalment fir-rigward tal-komunikazzjoni tax-xjenza u s-suġġetti STEAM. Ir-riżorsa interattiva tkun ukoll aċċessibbli liberament għall-pubbliku fuq il-websajts taċ-ċentru tax-xjenza.

 

Parti minn dan il-proġett, żviluppajna kwestjonarju qasir fuq kif aħna nistgħu ntejbu l-esperjenza għaż-żgħażagħ relatata mas-suġġetti STEM. Jekk għandek bejn is-16 u l-24 sena, inħeġġuk timla dan il-kwestjonarju billi tagħfas fuq il-ħolqa t’hawn taħt:

https://bit.ly/3ikfe2R

 

Riżorsi tal-Proġett: 

Bħala parti mil-proġett ‘Empowering Youths in STEM through the Arts’, CosmoCaixa u NEMO Science Centre ħolqu filmat li fih ir-riżultati interattivi li żviluppaw għal dan il-proġett. Dawn il-filmati ġew meħuda waqt avvenimenti miżmuma fil-bini tagħhom fejn diversi żgħażagħ attendew. NEMO żviluppaw spettaklu mmirat lejn iż-żgħażagħ bejn it-18 u l-20 sena, dwar is-suġġett tal-evalwazzjoni tar-Robots, li jqajjem diversi mistoqsijiet dwar il-kunċett ta’ jekk ir-robots għandhomx sentimenti bħalna l-bnedmin. Tista tara l-iskript għal dan l-ispettaklu interattiv bl-isem ta’ Robots in Captivity hawnhekk: robots-in-captivity-script-eng

B’rabta ma’ dan, CosmoCaixa żviluppaw ukoll riżors interattiv immirat għaż-żgħażagħ bejn is-16 u t-18-il sena. Ir-riżors tagħhom iffoka prinċipalment fuq Transhumanisms u Cyborgs. Barra minn hekk, ħolqu wkoll dossier bi proposta ta’ logħba: attività ‘role-play’ biex tippromwovi d-dibattitu bl-użu tal-karti. Tista tara dan minn hawnhekk: cosmocaixa-dossier-transhumanism

Tista tara l-filmat ta’ Nemo Science Centre hawnhekk u ta’ CosmoCaixa hawnhekk.

 

L-ewwel attivita intellettwali żviluppata kienet ir-riċerka dwar il-metodoloġija u r-reviżjoni tal-letteratura dwar it-tema tal-proġett. Hawnhekk iffukajna r-riċerka tagħna fuq il-format tat-trijangulazzjoni. It-trijangulazzjoni tiffaċilita l-validazzjoni tad-dejta permezz ta’ verifika inkroċjata minn aktar minn żewġ sorsi. Din tittestja l-konsistenza tas-sejbiet miksuba permezz ta’ strumenti differenti u żżid iċ-ċans li tikkontrolla, jew tal-inqas tevalwa, xi wħud mit-theddid jew numru ta’ kawżi li jinfluwenzaw ir-riżultati tagħna. Waqt din ir-riċerka, ser jintużaw dawn il-metodi biex tinġabar l-informazzjoni:

 

Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza wkoll ħoloq riżorsa interattiva bhala parti minn dan il-proġett. Huwa żviluppa kamra tal-ħarba ispirata minn codebreaker bl-isem ta’ ‘Unlocking AI- Can you crack the code?’ immirat għal żgħażagħ ta’ bejn l-20 u l-24 sena. Din l-isfida tinkludi puzzles fiżiċi li l-parteċipanti jridu jsolvu sabiex jaslu għad-destinazzjoni finali. Din se tkun tematika madwar il-magna Enigma li se tintuża biex jiġu deċifrati messaġġi moħbija fil-puzzles.

Permezz ta’ din il-ħolqa, wieħed jista’ jaċċessa l-pjan tar-riżorsi biex jirreplika din l-isfida: ey-steam-unlocking-a-i

 

Dawn huma xi ritratti li ġew meħuda matul is-sessjonijiet tas-science cafe’ li saru ġewwa Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza!

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Avvenimenti

Milied Ġewwa L-Esplora

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more