Żur l-Esplora wara l-iskola u gawdi ċ-ċentru interattiv b’mod aktar rilassat. Ibda tmiem il-ġimgħa magħna – skopri x-xjenza wara l-ħinijiet normali ta’ ftuħ tal-Esplora u esperjenza Xows tax-Xjenza u Films tal-Planetarium. Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza se jkun miftuħ kull nhar ta’ Ġimgħa bejn is-2 ta’ waranofsinhar u t-8 ta’ filgħaxija. Waqt Esplora wara l-Iskola, tfal taħt il-15-il sena se jidħlu b’XEJN!
Xows tax-Xjenza
Weatherology: Skopri l-għeġubijiet naturali li tipprovdina bihom il-klima tad-Dinja. Esperjenza l-akbar ‘sħaba’ ġewwa li qatt rajt u esplora mistoqsijiet bħal ‘għalfejn tagħmel ix-xita?’ u ‘kif jiffurmaw tipi differenti ta’ trombi.
Ideali għal Etajiet: 7+
Superhero In You: Ingħaqad magħna fuq vjaġġ ta’ skopertà fejn fih titgħallem aktar dwar superpotenzi differenti. Għinna nidentifikaw forom b’saħħithom, nagħtu ħarsa lejn oġġetti li jinsabu ’l bogħod ħafna jew inkella li huma veru żgħar. Skopru kif ċertu annimali jafu jkunu inviżibbli u ppruvaw ukoll ċaqalqu oġġetti b’moħħkom. Dan l-ispettaklu tax-xjenza huwa divertenti ħafna u juża kunċetti xjentifiċi biex jaffaxxina lill-udjenza żgħar tagħna.
Ideali għal Etajiet: bejn 3 – 6 snin
Films tal-Planetarium
(Xows li qed jintwerew il-Ġimgħa waqt ix-xahar ta’ Ġunju)
Perfect Little Planet: Skopri dak li tista’ ssib fuq pjaneti oħra li jinsabu fis-sistema solari tagħna hekk kif issegwi l-istorja ta’ familja minn sistema oħra li tkun qed tipprova tfittex post għall-vaganza xi mkien fuq is-sistema solari tagħna.
Ideali għal Etajiet: 3-6-il sena
Trailer: https://www.youtube.com/watch?v=-WGdueLGbos
Cosmix: Qatt ħsibt kif l-astronawti jagħmlu xogħolhom? Wara li tara Cosmix, se tkun taf! Imma żomm sewwa, għax se tkun rikba ta’ vera.
Ideali għal Etajiet: 6-13-il sena
Trailer: https://www.youtube.com/watch?v=AIntrrUnW9Y&t=120s
Għall-iskeda tal-ġimgħa, ġentilment aċċessaw: http://esplora.org.mt/week-schedule/
Wirja Malta Wildlife
Fil-ġimgħat li ġejjin, fl-Esplora se jkun hemm esebizzjoni ta’ speċi nativi meħuda mil-lenti tal-entemoloġist lokali, Thomas Cassar. Permezz ta’ dawn il-posters, wieħed se jkun jista’ japprezza s-sbuħija tal-flora u fawna lokali, u jitgħallem aktar dwar l-ispeċi indiġeni li jinsabu f’Malta.
Ideali għal kull Età
Ikliet għat-Tfal fl-EsploraCafè
Nafu li wara mawra madwar iċ-ċentru tax-xjenza tagħna, it-tfal jaqbadhom il-ġuħ. Għaldaqstant, ħloqna menu speċjali ppakkjat b’għażliet differenti li żgur jolqtu l-gosti tat-tfal iż-żgħar!
U dan mhux kollox, hekk kif ma’ kull ikla, it-tfal jingħataw mat kreattiv flimkien ma’ krejons tal-Esplora sabiex ikunu jistgħu jgħaddu ftit żmien ipinġu u jiddevertu.
EsploraShop
Ħeġġeġ l-immaġinazzjoni ta’ xjenzat żagħżugħ! Żur l-EsploraShop u ħu x-Xjenza miegħek id-dar. Fl-EsploraShop tista’ ssib għażla vasta ta’ prodotti għall-bejgħ… u waqt Esplora wara l-Iskola se nkunu qed nagħtu skont ta’ 7% fuq kull xirja.
Miżuri kontra t-Tixrid tal-Covid-19
Nixtiequ nfakkruhom li qed nimxu skont il-miżuri kollha maħruġa mill-Awtorità tas-Saħħa Pubblika f’dak li huwa prevenzjoni kontra t-tixrid tal-Covid-19. Għal aktar informazzjoni dwar il-Miżuri u l-Protokolli meħuda, żur: https://esplora.org.mt/your-visit/