Esplorazzjoni tal-Ispazju

Wasal iż-żmien li nitilgħu fl-ispazju waqt l-attività mimlija divertiment li Esplora se jtella’ fil-weekend ta’ qabel jibdew il-vaganzi tal-iskola tal-Għid il-Kbir. Avveniment li mhux ta’ min jitilfu! Esplorazzjoni tal-Ispazju huwa avveniment eċitanti mmirat għal tfal ta’ bejn il-5 u l-10 snin. Flimkien se naraw live show fl-EsploraPlanetarium bit-tema tal-ispazju u anke nipparteċipaw f’workshop divertenti.

Attivitajiet

Wonders of the Night Sky – Ingħaqad magħna fuq vjaġġ li jibda mid-Dinja u jibqa’ sejjer sas-sistema solari. Wonders of the Night Sky huwa live show interattiv fejn id-destinazzjoni hija f’idjek. Staqsi l-mistoqsijiet, żur qmura u pjaneti differenti u jekk tkun fortunat, se jkollok l-opportunità li tagħmel skoperti kbar! Għandna wkoll sorpriża speċjali għat-tfal: Gawdu x-xow imma oqgħodu attenti ħafna. Għoddu l-bajd tal-Għid li se taraw fuq l-iscreen tal-Planetarium u fl-aħħar tax-xow, għaddu l-ammont li tkunu għoddejtu lit-tim tal-Esplora. Waqt l-ikla ta’ nofsinhar, se jittellgħu 2 rebbieħa li se jirbħu rigal speċjali! Waqt dan ix-xow, it-tfal iridu jkunu akkumpanjati minn adult.

3,2,1 Lift off!! – Ingħaqad magħna waqt dan ix-show fantastiku! Tħobbhom ir-rockets? Trid tipprova toħloq wieħed u tara jekk itirx? Din l-attività eċitanti ħafna se tgħinek tesplora x-xjenza fantastika wara t-titjiriet bir-rockets.

Prezzijiet tal-Biljetti

Adulti – €15 (jinkludu l-entratura fl-Esplora, Live Show fil-Planetarium, pawża għal kafè u savouries għal nofsinhar)

Tfal (bejn 5 u 10 snin) – €23.50 (jinkludu l-entratura fl-Esplora, Live Show fil-Planetarium, workshop u ikla ta’ nofsinhar ħafifa)

Aħwa (3 u 4-snin) – €7 (jinkludu l-entratura fl-Esplora u oġġett 1 mill-pakkett tal-ikel tat-tfal)

Il-biljetti għal dan l-avveniment iridu jinxtraw minn qabel minn: Space Exploration Spree | ShowsHappening

L-ikla li se tiġi servuta f’nofsinhar hija din:

Tat-Tfal:

Jew

Jew

U

It-tfal jistgħu jagħżlu x’jippreferu dakinhar.

Tal-Adulti:

Termini u Kundizzjonijiet:

Biljetti complimentary, vouchers, offerti ta’ skonti, u offerti oħra ta’ dħul b’xejn ma jistgħux jiġu msarrfa waqt Esplorazzjoni tal-Ispazju

 

space-exploration-website-banner

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more