Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

Idħol f’dinja ta’ esplorazzjoni tax-xjenza matul il-Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali tagħna ġewwa Esplora, iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza. Nifhmu li dwal qawwijin u ħsejjes qawwija jistgħu jkunu ta’ sfida għal xi wħud, għalhekk aħna kuntenti li noffru atmosfera trankwilla matul dawn is-sigħat speċjali.

Skopri l-basket Sensorjali tagħna li jinkludi oġġetti bħal sandtimer, għajnuna viżwali, fidget toys, nuċċali tax-xemx u difensuri tal-widnejn. Dawn l-oġġetti huma disponibbli f’kull ħin sabiex iż-żjara tagħkom tkun aktar komda u pjaċevoli. Minħabba s-sigurta ta’ kulħadd, fl-Esplora għandna sistema ta’ alarm li tista’ tixgħel f’każ ta’ nar. Fil-każ li din l-alarm tixgħel, se jkun hemm ħoss qawwi.

Waqt il-Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali, se jkollok iċ-ċans li tipparteċipa f’wieħed mill-workshops jew wirjiet tax-xjenza tagħna, kif ukoll tieħu l-esperjenza tal-EsploraPlanetarium. Bħala ċampjins tal-inklussività, Esplora huwa kburi wkoll li jsostni l-Iskema Sunflower, b’ lanyards apposta għal dan il-għan li tista’ tieħu d-dar u tużahom f’postijiet oħra li jagħmlu parti wkoll mill-iskema.

Ingħaqad magħna għal-Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali li ġejjin nhar Il-Ħadd, 30 ta’ Marzu 2025 bejn 9am u 1pm. Jekk tixtieq iżżurna, jekk jogħġbok imla din il-formola.

Dawn huma il-Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali tas-sena 2025:

Il-Ħadd, 30 ta’ Marzu 2025, bejn 9am u 1pm.

Is-Sibt, 12 ta’ April 2025, bejn 9am u 1pm.

Il-Ħadd, 25 ta’ Mejju 2025, bejn 9am u 1pm.

Is-Sibt, 28 ta’ Ġunju 2025, bejn 9am u 1pm.

Il-Ħadd, 27 ta’ Lulju 2025, bejn 9am u 1pm.

Is-Sibt, 30 ta’ Awwissu 2025, bejn 9am u 1pm.

Il-Ħadd, 28 ta’ Settembru 2025, bejn 9am u 1pm.

Is-Sibt, 25 ta’ Ottubru 2025, bejn 9am u 1pm.

Is-Sibt, 22 ta’ Novembru 2025, bejn 9am u 1pm.

Il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru 2025, bejn 9am u 1pm.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali jekk jogħġbok agħfas hawnhekk.

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more