Ic-Centru tal-Attivitajiet

Iċ-Ċentru tal-Attivitajiet jinsab fil-bini tiegħu stess b’żewġ sulari fejn il-viżitaturi jistgħu jesperjenzaw ix-xjenza permezz ta’ attivitajiet prattiċi, teatru, arti u mużika. Dan jospita spettakli tax-xjenza dwar it-temp, kurżitajiet kimiċi, bżieżaq, il-ġisem tal-bniedem, l-elettriku u aktar. Il-viżitaturi jistgħu jieħdu sehem f’dimostrazzjonijiet eċċitanti u f’opportunitajiet volontarji divertenti, li jagħtuhom ħarsa aktar mill-qrib lejn id-dinja affaxxinanti tax-xjenza. Sessjonijiet ta’ ħidma prattiċi għall-viżitaturi ta’ kull età jsiru fis-sular ta’ fuq taċ-ċentru tal-attivitajiet, fejn il-parteċipanti għandhom l-opportunità li jkunu kreattivi u jesperimentaw biex jiskopru aktar dwar ix-xjenza billi l-parteċipanti jiġu involuti direttament f’attivitajiet tax-xjenza.

Sessjonijiet ta’ ħidma

Esplora x-xjenza permezz ta’ attivitajiet prattiċi, li huma mfassla biex jagħtu lill-parteċipanti l-ħin biex jesploraw, jaħsbu, jistaqsu u jinvestigaw kunċetti relatati max-xjenza u mat-teknoloġija. Investiga r-rokits, tgħallem kif jistgħu jitilgħu fl-ispazju u oħloq il-paraxut tiegħek stess. Int tista’ tfassal ukoll il-logħob tiegħek stess billi tuża Scratch, tiskopri d-dinja affaxxinanti ta’ Lego Mindstorms jew esplora d-dinja tal-annimali, tal-insetti u tal-pjanti permezz ta’ attivitajiet kreattivi ta’ logħob u ta’ rakkuntar tal-istejjer.
Is-sessjonijiet ta’ ħidma prattiċi li jdumu 30-60 minuta jiswew €3 u qegħdin fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel. It-tfal taħt l-età ta’ 4 snin jistgħu jieħdu sehem mingħajr ħlas. Kull sessjoni ġeneralment tinkludi massimu ta’ mhux aktar minn 16-il parteċipant sabiex tiġi massimizzata l-esperjenza interattiva.
Is-sessjonijiet ta’ ħidma huma mfassla għal gruppi ta’ età speċifiċi u, għalhekk, qabel iż-żjara tiegħek, kun żgur li tiċċekkja mar-receptionists ta’ Esplora biex tara liema sessjonijiet ta’ ħidma qed jiġu offruti. Il-biljetti jistgħu jinxtraw dakinhar taż-żjara tiegħek. Għal aktar informazzjoni dwar l-iskeda għas-sessjonijiet ta’ ħidma u għall-ispettakli tax-xjenza, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-Reception ta’ Esplora fuq 2360 2300/1 jew permezz ta’ info@esplora.org.mt

Spettakli tax-Xjenza

Ejja u esplora d-dinja affaxxinanti tax-xjenza permezz tal-arti, tal-mużika, tat-teatru, tal-bangs, u aktar. Idħol ġewwa l-bużżieqa famuża ta’ daqs uman ta’ Esplora, xtarr kif jaħdmu l-organi ta’ ġismek permezz ta’ sensiela ta’ dimostrazzjonijiet mimlija ċaflis, qajjem sufek xewk, xewk malli tmiss ġeneratur Van de Graaff, kebbes in-nar fuq idek jew ġib għajnejk wara widnejk b’waħda mill-akbar sħabiet li qatt se tara! Immexxi mill-Pereżentaturi tax-Xjenza esperti tagħna, l-ispettaklu tax-xjenza interattiv tagħna jista’ jitgawda minn kulħadd u huwa mimli b’esperimenti xjentifiċi tal-ġenn!
L-ispettakli tax-xjenza tagħna li jdumu 45-60 minuta, jiswew €3 u l-postijiet qegħdin fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel. It-tfal taħt l-età ta’ 4 snin jidħlu b’xejn!
Il-biljetti għall-ispettakli tax-xjenza jistgħu jinxtraw dakinhar taż-żjara tiegħek. Għal aktar informazzjoni dwar l-iskeda għas-sessjonijiet ta’ ħidma u għall-ispettakli tax-xjenza, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-Reception ta’ Esplora fuq 2360 2300/1 jew permezz ta’ info@esplora.org.mt

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more