L-Esperjenza fil-Miftuħ

Minbarra l-wirjiet fis-swali prinċipali tal-wirjiet, Esplora toffri wkoll esperjenza fil-miftuħ kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti. Dawn iż-żoni jinkludu: playscape għall-viżitaturi ż-żgħar tagħna, żona għall-pikniks, anfiteatru, u ġnien botaniku, fost oħrajn. L-esperjenza fil-beraħ tinkludi wirjiet interattivi bħal wirjiet dwar l-ilma u l-ħoss, illużjonijiet li jduru, SNUG (spazju tal-logħob kreattiv), u żona għall-avventuri. Il-veduti tal-Port il-Kbir madwar iż-żoni fil-beraħ isebbħu l-esperjenza awtentika.

Playscape tax-Xjenza

Dan il-playscape huwa mmirat lejn l-esploraturi ż-żgħar tagħna bl-età ta’ 8 snin jew iżgħar, huwa żona li tħeġġeġ lit-tfal jilagħbu flimkien, il-logħob fiżiku u l-logħob immaġinattiv. Huwa ġie mfassal biex jagħti lill-viżitaturi ż-żgħar ta’ Esplora spazju tal-logħob li jkun kollu kemm hu tagħhom.

Esperjenza ta’ l-Ilma

Water tanks with various activities will enable hands-on interactive fun.

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more