L-ewwel immaġini anaglifi nħolqu fis-seklu dsatax. L-arti anaglifa tikkonsisti fi stampa b’żewġ tpinġijiet superimposti u kemxejn kuntrasti. Il-kuluri ta’ dawn l-istampi jkunu kuntrastanti u ġeneralment jintużaw il-kulur aħmar u dak cyan (li hu tip ta’ blu). Dan joħloq effett tridimensjonali meta wieħed iħares lejn l-istampa min-nuċċali li jkollu filtri ta’ kulur li jaqblu ma’ tal-istampa. Din hija waħda mill-eqdem forom ta’ teknoloġija 3D.
Biddel it-tpinġijiet tiegħek f’Arti 3D! Imbagħad agħmel nuċċali 3D biex tara l-effett!
X’għandek bżonn:
Jekk m’għandekx nuċċali 3D, tista’ tagħmel par billi tuża kartuna u tagħmlilha lenti ħamra u oħra blu/cyan. Il-lenti tista’ tagħmilhom billi taqta’ covers tal-plastik ikkuluriti (dawk li tuża biex tiksi l-kotba tal-iskola).
Kun kreattiv!
Parir: Jekk issibu tixtru karta saħħara ta’ kulur blu jew aħmar tkun tista’ toħloq kopja tat-tpinġija tiegħek aktar faċilment.
Aqsam l-arti tiegħek magħna fuq il-medja soċjali billi tuża #esploramalta
Għal aktar informazzjoni dwar Ġina u l-Esploraturi aqra hawnhekk
Klikkja hawn hekk trid tniżżel verżjoni PDF bl-istruzzjonijiet għal din l-attivita