Once Upon a Story: Sessjoni ta’ Qari għat-Tfal

A Child Who Reads will be an Adult who Thinks (Tifel li jaqra jsir Adult li jaħseb)

Ilkoll nafu kemm hi importanti l-imħabba lejn il-qari; u huwa daqstant ieħor kruċjali li t-tfal jiġu mrawma sa minn età żgħira sabiex jikkultivaw din l-imħabba. Is-sessjonijiet ta’ qari huma edukattivi, divertenti u interessanti; u jgħinu wkoll biex titqanqal l-immaġinazzjoni tat-tfal u jistimulaw ukoll il-kurżità. L-involviment tat-tfal f’attivitajiet tal-qari jgħinu biex tiżdied l-imħabba tagħhom lejn il-kotba.

Esplora bil-kollaborazzjoni ta’ Villa Bighi qed torganizza l-ewwel sessjoni ta’ qari għat-tfal. Once Upon a Story se tiġi organizzata nhar is-Sibt, 23 t’April fil-11 ta’ filgħodu. F’atmosfera rilassanti u sabiħa li joffru l-ġonna ta’ Villa Bighi, imdawra b’xenarji mill-isbaħ tal-Port il-Kbir, it-tfal se jkunu qed jisimgħu narrazzjoni ta’ ktieb b’tema tan-natura. Wara, huma jgawdu wkoll dawra mal-ġonna tal-Esplora, fejn se jkunu qed jitgħallmu aktar dwar it-tipi differenti ta’ flora li jinsabu hawnhekk. Imbagħad għall-kumplament tal-ġurnata, il-parteċipanti ta’ din is-sessjoni, jistgħu jibqgħu jesploraw iċ-ċentru tax-xjenza u jieħdu sehem fl-attivitajiet mtella’ dakinhar.

Din is-sessjoni hija ideali għal tfal bejn is-6 u d-9 snin.

Prezzijiet:

Adulti: €6

Tfal: €10; Il-biljett tat-Tfal jinkludi s-sessjoni ta’ qari, ikla ħafifa ta’ nofsinhar, rigal ċkejken u aċċess fiz-zona tal-esibiti tal-Esplora.

Dan l-avveniment huwa limitat għal 25 tifel u tifla, kull wieħed akkumpanjat minn adult, għalhekk inħeġġukom tirriżervaw postkom kemm jista’ jkun malajr sabiex tevitaw diżappunt.

Ibbukkja postok billi timla din il-formola

Id-dħul għal din is-sessjoni se tkun mir-Reception tal-Esplora.

 

once-upon-a-story-website

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more