Unlocking AI – Can you Crack the Code? Science Café għaż-żgħażagħ

Bħala parti mill-proġett EY-STEAM Erasmus+, Esplora se tkun qed torganizza tliet sessjonijiet ta’ Science Cafese. Waqt dawn is-sessjonijiet li jġibu l-isem ta’ ‘Unlocking AI- Can you crack the code?’, se nkunu qed nindirizzaw diversi miti u kunċetti żbaljati dwar l-intelliġenza artifiċjali. Dan se nagħmlu billi niddefinixxu x’inhi l-intelliġenza artifiċjali u x’kapaċi tagħmel. Parti minn dan is-science café se jkun workshop f’forma ta’ codebreaker ispirat minn ESCAPE ROOM. Il-workshop se jkollu ammont ta’ puzzles li l-parteċipanti jridu jsolvu sabiex jaslu għal mira finali. It-tema tal-codebreaker se tkun dwar il-magna Enigma, li se tintuża biex jiġu deċifrati messaġġi moħbija f’dawn il-puzzles.

Waqt din il-logħba, il-parteċipanti se jiffukaw fuq kunċetti ewlenin tal-intelliġenza artifiċjali bħall-Machine Learning, Deep Learning, viżjoni tal-kompjuter u d-differenza bejn tipi differenti ta’ intelliġenza artifiċjali. Il-parteċipanti se jkunu esposti wkoll għal eżempji ta’ intelliġenza artifiċjali fil-ħajja reali, li bla dubju diġà huma parti mill-ħajja tagħhom ta’ kuljum: sistemi ta’ rakkomandazzjoni, assistenti intelliġenti diġitali, face ID, chatbots eċċ. Wara dan il-workshop, il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità li jkunu jafu iktar dwar is-suġġett permezz ta’ diskussjoni flimkien ma’ professjonisti f’dan is-settur.

Dawn it-tlietsessjonijiet se jsiru fid-dati li ġejjin:

Il-Ħamis 7 t’April – l-ewwel sessjoni tibda fil-5:30pm u t-tieni sessjoni tibda fis-7:00pm

Il-Ġimgħa 8 t’April – Sessjoni waħda li tibda fis-6:00pm

Dan il-workshop huwa mmirat għal żgħażagħ ta’ bejn l- 20-24 sena.

Irriserva postok billi timla din il-formola

crack-the-code-website-750x500

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more