Stqarrija3 ta’ Lulju 2025 Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Esplora, imħaddem minn Xjenza Malta, huwa kburi li jħabbar il-ħatra tas-Sinjura Mary Ann Cauchi bħala l-Kap il-ġdid tiegħu. F’dan ir-rwol ewlieni ta’ tmexxija, Mary Ann se tmexxi r-rivitalizzazzjoni ta’ Esplora b’enfasi qawwija fuq approċċ ibbażat fuq STEAM—l-integrazzjoni tax-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija, l-Arti u l-Matematika—biex jitrawmu t-tagħlim interdixxiplinari, il-kreattività, u […]
Esplora, iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza*, li jinsab il-Kalkara u l-Akkwarju Nazzjonali ta’ Malta, li jinsab San Pawl il-Baħar, ingħaqdu sabiex, permezz tal-Facebook, iwasslulkom ix-xjenza fid-djar tagħkom. Minn mindu laqtitna l-pandemija tal-Coronavirus f’Malta, iż-żewġ ċentri baqgħu għaddejjin b’ħidmiethom fil-qasam tal-komunikazzjoni tax-xjenza. Fil-ġimgħat li ġejjin is-Science Communicators tal-Esplora u l-akkwaristi tal-Akkwarju se joħolqu kontenut immirat għat-tfal u relatat […]
17 ta’ Marzu 2020 It-tim ta’ l-Esplora ingħaqad sabiex joħloq videos, graphics u animations sabiex inkunu nistgħu inwasslu kontenut divertenti u edukattiv onlajn permezz ta’ Facebook, Instagram u Youtube, waqt li t-tfal jinsabu d-dar. Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u T-Teknoloġija, Dr Jeffrey Pullicino Orlando, stqarr li “minħabba is-sitwazzjoni attwali kellna nagħlqu l-bibien ta’ Esplora. […]
Il-Ħamis, 12 ta’ Marzu 2020 Il-kumpless Esplora temporanjament magħluq għall-viżitaturi Wara diskussjonijiet bejn is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo u ċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Dr. Jeffrey Pullicino Orlando ġie deċiż li jingħalaq temporanjament il-kumpless Esplora b’effett immedjat sakemm joħroġ avviż ieħor.