Esibizzjonijiet

L-ispazji tal-wirjiet huma l-għaxqa ta’ Esplora u huma esperjenza unika għal Malta. Il-viżitaturi huma mħeġġa jmissu u jinteraġixxu ma’ kull wirja fil-bini tal-Wirjiet tagħna. Dawn jippreżentaw diversi temi li jorbtu ma’ xulxin u juru x-Xjenza bħala fundamentali għall-ħajja kif nafuha aħna.

Bini Prinċipali tal-Wirjiet

Esplora tippreżenta madwar 200 wirja interattiva u edukattiva dwar diversi suġġetti xjentifiċi. Dawn il-wirjiet juru kif ix-xjenza hija rilevanti għall-ħajja tagħna ta’ kuljun u jagħtuna ħarsa lejn kif l-affarijiet jaħdmu fir-realtà. Il-wirja tikkonsisti f’wirjiet relatati mad-dinja, mal-ġisem tal-bniedem, mal-elettriku, mal-mużika, mal-illużjonijiet u ma’ ħafna aktar. Il-viżitaturi għandhom l-opportunità li jinteraġixxu max-xjenza prattika, fosthom li jvaraw blalen tal-arja jew isegwu l-vjaġġ tal-ikel ġewwa s-sistema diġestiva tagħna. Timmaġinak iddoqq arpa mingħajr kordi, jew tipproduċi logħob tan-nar? F’Esplora, int tista’! Dan kollu huwa possibbli permezz tal-użu ta’ multimedia u ta’ wirjiet interattivi.

Sala Ewlenija

Sala ta’ Fuq

Little Esploras

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more