Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza reġa’ fetaħ il-bibien tiegħu.
Ninsabu verament eċċitati biex nilqgħukom lura maghna fic-ċentru tax-xjenza. Il-preparamenti tlestew kollha biex noffrulkom esperjenza sabiħa! Iċ-Ċentru tax-Xjenza qed jopera b’ammont limitat ta’ viżitaturi skont il-Linji Gwida tal-Covid-19 maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika. Qed niżguraw ukoll li ċ-ċentru jkun konformi mar-regolamenti kollha tas-saħħa u sigurtà li tista’ tiċċekkja minn hawn.
Il-biljetti tad-dħul se jkunu disponibbli mill-bieb.
Tista’ tiċċekkja l-iskeda tal-ġimgħa minn hawn.