Ghall-Ghalliema

Appoġġ għall-Għalliema:

Għal ideat dwar kif tinkorpora ż-żjara tiegħek fl-iskeda tax-xogħol tiegħek jew biex tiskeda laqgħa ma’ wieħed mill-Iżviluppaturi tal-Programmi tagħna dwar kif tagħmel iż-żjara edukattiva tal-istudenti tiegħek l-aħjar waħda possibbli, tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq programmes@esplora.org.mt.

Tixtieq iddur dawra? Fil-Jiem tal-Ġiti għall-Edukaturi qabel ma żżur mal-istudenti tiegħek, ejja żurna, qisu tiegħek, mingħajr ħlas, sabiex tesplora dak li qed jiġi offrut, tiltaqa’ mat-tim u tikkunsidra żjara għall-grupp tiegħek. Dawn iż-żjarat iridu jiġu pprenotati minn qabel u jkollok bżonn ID dakinhar taż-żjara. Se tiġi applikata politika dwar l-użu ġust.

Irreġistra għal Ġita għall-Edukaturi billi tibgħat ittra elettronika lil: programmes@esplora.org.mt

Skeda tal-Ġiti għall-Għalliema għas-Sena Skolastika 2017/2018

L-Erbgħa, it-8 ta’ Novembru 13.00 – 15.00 hrs
Il-Ġimgħa, is-16 ta’ Frar 13.00 – 15.00 hrs
Il-Ħamis, it-3 ta’ Mejju 13.00 – 15.00 hrs
It-Tlieta, is-17 ta’ Lulju 10.00 – 12.00 hrs

Nistednuk iċċemplilna fuq 25401999. Int se tirċievi akkoljenza ġentili mit-Tim tal-Prenotazzjonijiet tagħna li se jiggwidak fil-programm u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija li jista’ jkollok dwar id-dati u d-disponibbiltà ta’ kull komponent tal-programm tagħna.

Jekk il-linja tat-telefown tkun okkupata, ġentilment nitolbuk tibgħat ittra elettronika lil: bookings@esplora.org.mt

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more