Il-Cot Lift

L-informazzjoni storika u l-wirjiet ta’ dak li xi darba kien l-Isptar Navali Rjali tal-Bighi ġew miġbura flimkien fiż-żona tal-Cot Lift. Sas-snin sebgħin, il-binjiet kienu jospitaw il-Flotta Brittanika fil-Mediterran. Għal 140 sena, l-isptar ipprovda servizz mediku kruċjali għall-forzi Brittaniċi u alleati f’dan il-post strateġiku f’nofs il-Mediterran. Din il-wirja tinsab fil-bini storiku tal-Cot Lift u tirrakkonta l-istorja tal-isptar u ta’ wħud mill-persuni li għexu, ħadmu u li ngħataw il-kura fih. Il-bini ospita lift tas-seklu 19 imfassal biex itella’ lill-baħħara u lis-suldati feruti mill-vapuri ankrati fil-port li kien jinsab ’l isfel għall-isptar li kien jinsab aktar ’il fuq. Il-wirja tinkludi wkoll sensiela ta’ sistemi ta’ wiri grafiku, wirjiet interattivi, vetrini u set works li jinkludu rikostruzzjoni taż-żoni interni oriġinali tal-Cot Lift bl-użu tal-pannelli oriġinali tal-injam.

Il-wirja, li hija mfassla fuq stil ta’ mużew tradizzjonali u li tinkludi wirja abbundanti ta’ oġġetti u interpretazzjoni, tirrakkonta l-istejjer tal-bini u tan-nies li għaddew minnu, bl-għan li tinħoloq komunikazzjoni bejn dari u llum. It-temi milquta huma l-arkitettura, il-personalitajiet u t-teknoloġiji mediċi.

L-oġġetti għall-wiri ntgħażlu mhux biss abbażi tas-sinifikat artistiku jew storiku tagħhom, iżda anki abbażi tal-kapaċità tagħhom li jqanqlu konverżazzjoni u jispiraw diskussjoni.

 

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more