Kif Tipprenota ż-Żjara fi Grupp tal-Iskola Tiegħek

Kif tipprenota ż-Żjara fi Grupp tal-Iskola tiegħek

– Planetarium Dome

– Kamra Multisensorjali

– Teatru għall-Esploraturi Żghar

– Ċentru għall-attivitajiet – l-ewwel sular – Kamra għat-taħrig u Laboratorju

• Hemm tliet modi possibbli kif l-iskejjel jistgħu jagħmlu l-ħlas:

o Flus – Membru tal-persunal mill-iskola jista’ jgħaddi sa Esplora biex iħallas l-ammont fi flus.
o Ċekkijiet – Għandhom ikunu pagabbli għall-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. Iċ-ċekkijiet jistgħu jitwasslu bl-idejn jew jintbagħtu bil-posta lil: Iċ-Ċentru tax-Xjenza Esplora, L-Uffiċċju tal-Prenotazzjonijiet, Villa Bighi, Triq Marina, Il-Kalkara, KKR 1320.

• Hija r-responsabbiltà tal-iskola li tavża lill-persunal tagħna fl-istadju tal-prenotazzjoni dwar kwalunkwe tifel/tifla bi bżonnijiet speċjali. Dan huwa meħtieġ sabiex ir-riżorsi adatti meħtieġa jkunu disponibbli kull meta jkun possibbli.
• L-iskejjel huma responsabbli biex joħorġu Formoli għall-Protezzjoni tad-Data u Formoli tal-Kunsens tal-Ġenituri lill-istudenti kollha. Esplora hija miftuħa għall-pubbliku u aħna nħeġġu lill-viżitaturi tagħna jieħdu ritratti tal-esperjenza tagħhom u jaqsmuhom fuq il-midja soċjali.
• Fil-każ ta’ tfal assenti, ir-rifużjonijiet se jinħarġu bħala nota ta’ kreditu biex l-iskola tużaha fi prenotazzjonijiet futuri. In-noti ta’ kreditu huma validi għal 6 xhur.
• Fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ grupp sħiħ, minħabba ċirkostanzi imprevedibbli, ir-rifużjonijiet jinħarġu bħala nota ta’ kreditu biex l-iskola tużaha fi prenotazzjonijiet futuri. In-noti ta’ kreditu huma validi għal 6 xhur.
• In-numru ta’ studenti u ta’ adulti superviżuri li jaslu għal żjara ma jistax jaqbeż in-numru ta’ persuni prenotati. L-iskejjel jistgħu jċemplu biex jistaqsu jekk jistgħux jattendu aktar studenti jew adulti superviżuri u aħna nagħmlu l-almu tagħna biex nakkomodawhom, iżda ma nistgħu nagħtu l-ebda garanzija li se jiġu aċċettati. Kull attività hi mfassla apposta mit-Tim tal-Programm tal-Edukazzjoni għal grupp ta’ età speċifiku u għall-istadju rispettiv tal-iżvilupp. In-numri tal-kapaċità jindikaw in-numru ideali ta’ viżitaturi għal kull attività. Aħna ma nistgħux nakkomodaw aktar viżitaturi mill-kapaċità massima ddikjarata fil-programm għal raġunijiet ta’ kwalità u ta’ saħħa u sigurtà.

Kif tisfrutta bl-aħjar mod iż-żjara tiegħek f’Esplora

• Il-gruppi tal-iskola huma mitluba jirreġistraw fil-Main Reception 30 minuta qabel kwalunkwe attività skedata (jiġifieri spettaklu tax-xjenza, sessjoni ta’ ħidma jew avveniment speċjali).
• L-avvenimenti skedati jibdew u jintemmu fil-ħin skont kull programm. Aħna ma nistgħux nippermettu lill-viżitaturi jidħlu f’xi attività skedata ladarba tkun bdiet, għaliex jekk nagħmlu dan ikunu qed intellfu l-attività u nnaqqsu l-kwalità tal-esperjenza għal dawk li jaslu fil-ħin. F’każ li gruppi tal-iskola jaslu tard, l-iskola se tkun tista’ tesperjenza l-wirjiet, madankollu, il-prenotazzjoni għall-avveniment skedat tintilef u ma tinħareġ l-ebda nota ta’ kreditu.
• L-attivitajiet ta’ Esplora jsiru bl-Ingliż, madankollu l-Preżentaturi u l-Ispjegaturi jaqilbu bejn l-Ingliż u l-Malti skont id-domanda.
• Il-mowbajls u l-apparati kollha għandhom jintfew/jitqiegħdu fuq “silent” matul l-ispettakli tax-xjenza u s-sessjonijiet ta’ ħidma.
• It-tfal u l-adulti superviżuri huma meħtieġa li jużaw il-faċilitajiet tal-kamra tal-banju qabel u wara, aktar milli matul, l-attivitajiet skedati sabiex jitnaqqas it-tfixkil żejjed.
• L-ikel u x-xorb huma permessi biss fiż-żoni speċifikati. L-ebda ikel jew xorb mhu permess matul attivitajiet skedati jew fl-ispazji tal-wirjiet.
• L-għalliema u l-adulti li jakkompanjaw huma responsabbli għall-benesseri u għall-imġiba tat-tfal fuq il-post. Aħna nirriżervaw id-dritt li nitolbu lil kwalunkwe viżitatur biex jitlaq minn Esplora jekk dan jirrappreżenta theddida li jweġġa’ lilu nnifsu jew lil oħrajn, jew jagħmel ħsara fuq il-wirjiet jew fuq il-post.
• Il-feedback kollu li jirrigwarda kwalunkwe parti mill-esperjenza tiegħek f’Esplora għandu jintbagħat lil quality@esplora.org.mt.

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more