Sħubija

Esplora tiffunzjona bħala hub għall-komunikazzjoni kollha tax-xjenza f’Malta. It-tim ta’ Esplora huwa miftuħ biex jingħaqad ma’ partijiet interessati f’setturi rilevanti biex jikkollaboraw fuq inizjattivi li jippromwovu x-xjenza, it-tagħlim imsejjes fuq il-mistoqsijiet, proġetti ta’ żvilupp xjentifiku, l-iżvilupp tal-kontenut tal-wirjiet u oħrajn.

It-tim tagħna bi pjaċir lest li jiddiskuti kwalunkwe proposta mis-setturi kollha għal dan il-għan.

Ikkuntattjana hawnhekk

Sħab Attwali

Ġie ffirmat memorandum ta’ qbil mal-MCAST, mal-Kunsill Malti tal-Arti u mal-Unità tat-Tixjiħ Attiv.
L-HSBC Water Programme – Catch the Drop huwa l-akbar kampanja ambjentali u edukattiva tat-tip tagħha li qatt kien hawn f’Malta, u din għandha l-għan li tfassal pjan ta’ azzjoni għall-progress fis-sostenibbiltà tal-ilma bħala riżorsa. Dan il-programm għandu l-għan li jeduka lil kull tifel u tifla li jattendu l-iskola f’Malta – kważi 50,000 student – u jħeġġeġ lill-iskejjel, lill-korporattivi, lill-NGOs, lill-pubbliku ġenerali, u lill-kunsilli lokali biex jieħdu sehem b’mod attiv fi kwstjonijiet relatati mal-konservazzjoni tal-ilma.
L-HSBC Water Programme – Catch the Drop u Esplora daħlu fi sħubija fl-2017.

Sħab għal spettakli tal-Culture Pass
• Parallel Universe – Dr Giuliana Fenech
• It’s a Matter of State and Your Voice Affects Me – Kostas Papamatthaiakis u Pamela Kerr
• Newton’s Laws of Motion – Sandra Mifsud u Douglas Comley
• Trust Me and Blooming Creatures – Moveo Dance Company

Kollaboraturi Attwali

It-Teatru Manoel – F’Esplora qegħdin isiru diversi avvenimenti ta’ Toi Toi bi sfond xjentifiku

Kollaboraturi ta’ Avvenimenti Tematiċi għall-Komunikazzjoni tax-Xjenza
• Little Scientists- Ix-Xjenza u t-Teknoloġija għat-Tfal
• Il-Kunsill Malti għall-Arti
• Is-Servizz Nazzjonali Malti tat-Trasfużjoni tad-Demm
• MITA – L-Aġenzija Maltija tat-Teknoloġija tal-Informatika
• Farsons Group Beverage Importers
• Euro Media Forum
• Id-Dipartiment tal-Patoloġija tal-Isptar Mater Dei
• Is-Soċjetà Astronomika ta’ Malta
• L-Università ta’ Malta
• Cancare connect- Intejbu l-Perkorsi tal-Kura tal-Kanċer ta’ Malta
• Il-Karnival ta’ Malta
• Lignin Stories
• Kane Cali
• Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more