STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

L-Għid iċċelebrat fl’Esplora bl-Avveniment ‘Spring into Science’.

Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Esplora, se jkun qiegħed jiftaħ il-bibien tiegħu għal żmien il-Għid bl-avveniment “Spring into Science”. Id-dettalji dwar dan l-avveniment tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti u l-Kap tal-Esplora Olaf McKay.

Matul dan l-avveniment, li se jsir mit-2 ta ‘April sas-7 ta’ April, 2024, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jinvolvu ruħhom f’diversi esebiti tax-xjenza b’tema tal-Għid, dawn jinkludu workshops, u attivitajiet bħal egg hunt madwar Esplora.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti sostna kemm huma importanti avvenimenti bħal dawn hekk kif jkomplu jdaħluna fl-ispirtu tal-Għid ‘’ Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid fl’ Esplora mhux biss joffru esperjenza sabiħa għall-familji kollha iżda jipprovdu wkoll opportunitajiet edukattivi siewja.’’ Hu kompla jispjega kif ‘’Permezz ta’ attivitajiet bħal dawn qed inqarbu l-imħuħ ta’ kull eta lejn ix-xjenza u lejn is-suġġetti STEM. Nemmen bis-sħiħ illi mingħajr l-elementi ta’ kreattivita u imaġinazzjoni, ikun kwazi impossibli li tinbet xi forma ta’ innovazzjoni li hija l-qafas tas-soċjeta’ diġitali li ngħixu fiha llum.’’

IL-Kap tal-Esplora, Olaf McKay spjega kif ‘’ Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza l-Esplora se jtella’ ġimgħa ta’ attivitajiet, workshops u wirjiet assoċjati mal-festa tal-Għid li permezz taghħom il-familji li se jattendu se jkollhom l-opportunità li jikkollaboraw flimkien sabiex isolvu kunċetti abbinati max-xjenza, t-teknologija, l-inginerija u l-matematika (STEM). L-għan ewlieni hu li l-Esplora jqarreb flimkien lill-familja Maltija filwaqt li tkun qed tapplika l-għarfien tax-xjenza għall-attivitajiet divertenti, assoċjati maż-żminijiet tal-Għid f’atmosfera unika kif jaf joffri l-Esplora.’’

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jaċċessa s-sit: https://esplora.org.mt/l-esplora-ticcelebra-l-ghid/?lang=mt

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more