Żjarat mill-Iskejjel

Esplora tipprovdi esperjenzi li jarrikkixxu, jispiraw u jinvolvu lill-iskejjel u lill-gruppi soċjali.

Jekk int grupp tal-iskola, int se tkun tista’ tipprenota minn qabel iż-żjara tiegħek u tapprofitta billi tagħżel il-kombinazzjoni t-tajba ta’ attivitajiet għall-istudenti tiegħek.

Esplora se tkun qed tippreżenta temi tax-xjenza li huma direttament rilevanti għall-kurrikulu nazzjonali sabiex tappoġġja t-tagħlim fil-klassi u toffri esperimenti prattiċi u wirjiet, sessjonijiet ta’ ħidma u spettakli fuq skala ikbar, li juru fenomeni u affarijiet oħra.

Ma’ kull grupp tal-iskola pprenotat, se jiġu allokati faċilitaturi ta’ Esplora. Dawn se jiltaqgħu mal-grupp tal-iskola tiegħek meta jasal u ser ikunu preżenti biex jispjegaw u jassistu matul iż-żjara.

Xi attivitajiet li tista’ tagħżel minnhom għal żjara personalizzata.

• Sessjonijiet ta’ ħidma prattiċi fiċ-Ċentru tal-Attivitajiet
• Esplorazzjoni libera tas-sulari tal-wirjiet fil-Bini tal-Wirjiet
• Perkorsi b’tema disponibbli fuq ġewwa jew fuq barra madwar Esplora
• Programmi tax-Xjenza fiċ-Ċentru tal-Attivitajiet
• Spettakli tal-Planetarju

 

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more