Il-Kamra Multisensorjali f’Esplora hija spazju b’atmosfera kalma u li tilqgħek, fejn l-individwi jistgħu jinvolvu ruħhom f’esperjenzi sensorjali. Hija intenzjonata biex tinkoraġġixxi l-involviment, tippromwovi l-kalma u tgħin ir-regolazzjoni personali permezz ta’ xelta ta’ stimuli sensorjali. Il-kamra tista’ tkun partikolarment ta’ benefiċċju għal individwi b’diżabilitajiet fiżiċi, konjittivi u sensorjali.
Il-Kamra Multisensorjali tista’ tkun inkluża bħala parti miż-żjara tiegħek—kemm jekk tkun qed tattendi ma’ grupp tal-iskola, mal-familja jew mal-ħbieb—jew tista’ tiġi bbukkjata bħala sessjoni għaliha.
Filwaqt li nagħmlu l-almu tagħna biex nakkomodaw walk-ins, nirrakkomandaw bis-sħiħ li l-booking isir minn qabel sabiex il-kamra tkun tista’ tiġi preparata skont il-bżonnijiet ta’ kull individwu.
Facilitator guide huwa disponibbli nhar ta’ Tlieta, Ġimgħa u Sibt minn Ottubru sa Lulju (minbarra fil-festi pubbliċi). F’dawn il-ġranet biss, l-ispazju jkun iffaċilitat biex jiġi żgurat li kull tifel/tifla jew adult jirċievi l-għajnuna meħtieġa biex jibbenefika minn dak kollu li għandha x’toffri din l-esperjenza. Fejn meħtieġ, ġenituri, gwardjani u għalliema jkunu jistgħu jibqgħu fil-kamra waqt dawn is-sessjonijiet.
Is-sessjonijiet jistgħu jiġu bbukkjati għal sa 30 minuta, b’ċerta flessibbiltà fejn possibbli, u bla ebda ħlas addizzjonali. Il-bookings jistgħu jsiru mir-reception ta’ Esplora stess, jew billi ċċempel fuq 2360 2301, jew tibgħat email lil multisensory.esplora@gov.mt. Jekk jogħġbok kun af li l-bookings jiġu allokati fuq bażi ta’ first-come, first-served.
Trid timtela wkoll formola biex tgħinna nappoġġaw il-bżonnijiet ta’ kull individwu.
Biex tipprepara għaż-żjara tiegħek, tista’ taqra dwar is-Social Story ta’ Esplora: https://esplora.org.mt/social-story-2/
U dwar is-Sensory Friendly Hours tagħna, biex tkun tista’ tgawdi l-esperjenza tiegħek ta’ Esplora waqt ħin aktar kwiet: https://esplora.org.mt/sensory-friendly-hours-2/
Ħoloq għall-PDFs:
Formola
Gwida
Lista ta’ tagħmir
