Għal snin twal, nies madwar id-dinja kienu affaxxinati mill-misteri tal-ispazju. L-astronomija u l-esplorazzjoni tal-ispazzju biddlu dak li kienu ġa jafu u hemm ħafna affarijiet oħra li għadna rridu niskopru. Iżda aktar ma nitgħallmu fuq l-ispazju, aktar nindunaw kemm hija speċjali l-pjaneta tagħna u kemm huwa importanti li nipproteġuha u ngħożżuha. Fix-xhur ta’ Mejju u Ġunju, […]
Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza reġa’ fetaħ il-bibien tiegħu. Ninsabu verament eċċitati biex nilqgħukom lura maghna fic-ċentru tax-xjenza. Il-preparamenti tlestew kollha biex noffrulkom esperjenza sabiħa! Iċ-Ċentru tax-Xjenza qed jopera b’ammont limitat ta’ viżitaturi skont il-Linji Gwida tal-Covid-19 maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika. Qed niżguraw ukoll li ċ-ċentru jkun konformi mar-regolamenti kollha tas-saħħa u sigurtà li tista’ tiċċekkja […]
Dan il-Premju nħoloq biex jinkoraġġixxi, jonora u jippromovi l-eċċellenza fi proġetti li jġibu flimkien is-suġġetti STEM u l-arti. Dan il-Premju huwa differenti mill-premji nazzjonali STEM l-oħra – il-kumitat tal-evalwazzjoni għażel tliet proġetti fost il-proġetti eċċellenti li ġew innominati. Dawn it-tliet proġetti issa qegħdin jitressqu għall-vot pubbliku. Il-kumitat tal-evalwazzjoni xtaq jirringrazzja lil kull min ġie nnominat, […]
Ftehim bejn il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja se jkun strumentali biex persuni b’diżabilità jibbenefikaw minn esperjenzi varji ta’ tagħlim u divertiment li joffri ċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara. Permezz ta’ dan il-ftehim se jkunu jistgħu jibbenefikaw ftit inqas minn 21,000 persuna li għandhom il-Karta tad-Diżabilità tal-Unjoni Ewropea. Fost l-inċentivi li jaħseb għalihom […]